Tagħrif importanti tal-ivvjaġġar

Id-drittijiet tiegħek bħala passiġġier fl-Ewropa
Matul dawn l-aħħar 30 sena, kien hemm splużjoni tal-mobilità fl-Ewropa. Għal miljuni ta' ċittadini, l-ivvjaġġar sar realtà, anzi sar dritt. Il-passiġġieri jeħtieġu sett komuni ta' prinċipji, biex ikunu konxji b'mod aktar faċli mid-drittijie tagħhom jekk xi ħaġa fil-vjaġġ tagħhom tmur żmerċ, ikun x'ikun il-mezz tat-trasport li jużaw jew jekk il-vhjaġġ iseħħx kompletament fi Stat Membru wieħed inkella jgħaddix minn fruntiera intra-Komunitarja inkella esterna. Aktar informazzjoni
Id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru

Is-suq uniku għat-trasport bl-ajru fil-Komunità ibbenefika bil-kbir lill-passiġġieri: issa dawn igawdu minn prezzijiet irħas u għażla usa' ta' kumpaniji u ta' servizzi minn qabel. Madankollu l-liberalizzazzjoni mhijiex kollox. Hemm bżonn ta' miżuri oħra biex jipproteġu l-interessi tal-passiġġieri u jiżguraw li jgawdu kompletament mis-suq uniku. Aktar informazzjoni
Id-dokumenti tal-ivvjaġġar li teħtieġ
Jekk int ċittadin/a tal-UE, ma għandekx għalfejn turi l-karta nazzjonali tal-identità jew il-passaport tiegħek meta tkun qed tivvjaġġa bejn pajjiż tal-UE u ieħor. Aktar informazzjoni
Is-sigurtà tat-trasport bl-ajru
Meta tkun qed tivvjaġġa lejn pajjiż ieħor għandek iżżomm f'moħħok ċerti obbligi tas-sigurtà meta tkun qed tippakkja u tkun se ssiefer:
• Il-likwidi li se jinġarru fil-kabina tal-ajruplan bħalma huma xorb, toothpaste, kremi kożmetiċi jew gels iridu jinġarru f'borża tal-plastik trasparenti - b'kapaċità massima ta' 1 litru - u l-ebda kontenitur ma jista' jkollu fih aktar minn 100 ml. Kontenituri tal-likwidu li jaqbżu l-100 ml jridu jitqiegħdu fil-bagalji li jkun sarilhom check-in. Ir-restrizzjoni tal-volum ma tapplikax għall-mediċini u l-ikel tat-trabi. • Kwalunkwe oġġett li jaqta' li jista' jintuża bħala arma mhuwiex permess fil-kabina tal-ajruplan. Dawn jafu jkunu oġġetti ta' kuljum bħalma huma trabuxu u mqass, li għandhom jitpoġġew fil-bagalja li tkun għaddejtha miċ-check-in. • Oġġetti spussivi jew li jieħdu n-nar - logħob tan-nar jew sprays taż-żebgħa bil-gass pereżempju, kimiċi u sustanzi tossiċi, bħalma huwa l-aċtu - huma pprojbiti fuq it-titjiriet. • L-ebda arma ta' kwalunkwe tip ma hija permessa abbord l-ajruplan. - Aktar informazzjoni
Vjaġġaturi b'mobilità mnaqqsa
Jekk għandek mobilità mnaqqsa, int intitulat għall-għajuna bla ħlas fl-ajruporti kollha Ewropej waqt it-tluq, meta tasal jew matul it-tranżitu. Hi x'inhi r-raġuni għala għandek mobilità mnaqqsa - età, diżabbiltà fit-tul jew imweġġa' temporanjament - tista' tingħata għajnuna. Parir li importanti li jiġi segwit hu li tikkuntattja lill-kumpanja tal-ajru tal-anqas 48 siegħa qabel it-tluq u li tispjegalhom x'għajnuna tinħtieġlek biex titla' fuq l-ajruplan jew biex tmur xi mkien ieħor fl-ajruport - Aktar informazzjoni
Min jivvjaġġa bl-annimali
Bħala ċittadin tal-UE, tista' tivvjaġġa bla tfixkil bil-qattus, il-kelb jew in-nemes tiegħek jekk dan għandu passaport Ewropew għall-annimali tad-dar. Dan il-passaport jista' jiġi akkwistat mingħand veterinarju awtorizzat u għandu jkun fih id-dettalji dwar tilqima valida kontra r-rabja. Il-passaport tal-UE għall-annimali tad-dar hu biss għall-klieb, il-qtates u l-inmsa. Jekk għandek annimali tad-dar oħrajn, bħall-fniek jew kanarini, għandek tiċċekkja r-regoli nazzjonali rilevanti meta teħodhom miegħek ġo jew barra pajjiżek. Aktar informazzjoni
Vjaġġ b'mezzi varji
L-isfidi tal-bidla fil-klima, il-konġestjoni dejjem tiżdied u l-ispejjeż tal-karburant ifissru li jeħtieġ li nsibu mezzi aktar għaqlin biex nivvjaġġaw. Il-vjaġġ b'mezzi varji - fejn jintużaw tipi differenti ta' trasport għall-vjaġġ wieħed - huwa parti mit-tweġiba. Mhux talli jaf ikun aħjar għall-ambjent, jaf jiġina irħas ukoll. Aktar informazzjoni
It-Turiżmu Soċjali
It-turiżmu soċjali jippermetti lil kemm jista' jkun nies imorru vakanza u għalhekk jgħin il-mobilità b'mod sinifikanti. Barra minn dan, jaf jikkontribwixxi wkoll biex jiġġieled kontra it-turiżmu staġjonali, isaħħaħ il-kunċett ta' ċittadinanza Ewropea u jippromwovi l-iżvilupp reġjonali minbarra li jiffaċilita l-iżvilupp ta' ekonomiji lokali speċifiċi. Aktar informazzjoni
Ir-roaming tal-mobiles

B'effett mill-1 ta' Lulju 2011 sat-30 ta' Ġunju 2012 l-operaturi tal-mobiles tal-UE se jkollhom jerġgħu jraħħsu l-prezzijiet tagħhom għat-telefonati tar-roaming f'konformità mar-regoli tal-UE li ġew introdotti għall-ewwel darba fl-2207 u li ġew emendati fl-2009. Il-konsumaturi li jagħżlu għall-"Eurotariff" li hija tariffa rregolata mill-UE se jħallsu mhux iktar minn 35 ċenteżmu l-minuta għat-telefonati li jagħmlu u 11-il ċenteżmu l-minuta għat-telefonati li jirċievu waqt li jkunu msefrin fl-UE. Dan huwa l-iktar tnaqqis riċenti f'serje ta' tnaqqis irregolat skont ir-Regolament tar-Roaming tal-UE, li jiskadi f'Ġunju 2012. Aktar informazzjoni
|