Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Kwistjonijiet Kurrenti
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

F’din il-paġna, inti għandek aċċess għas-suġġetti / temi Ewropej ewlenin li jaħarqu, ta’ importanza għall-Maltin.

EU2020

Il-Kummissjoni Ewropea nediet illum l-Istrateġija Ewropa 2020 sabiex toħroġ mill-kriżi u tħejji l-ekonomija tal-UE għall-għaxar snin li jmiss. Il-Kummissjoni tidentifika tliet muturi ewlenin għat-tkabbir, biex jiġu implimentati permezz ta' azzjonijiet konkreti fil-livelli tal-UE u dawk nazzjonali: It-tkabbir intelliġenti (il-promozzjoni tal-għarfien, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u soċjetà digitali), l-iżvilupp sostenibbli (il-produzzjoni ssir iktar effiċjenti fl-użu tar-riżorsi filwaqt li tissaħħaħ il-kompetittività) u t-tkabbir inklussiv (tiżdied il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, l-akkwist ta' ħiliet u l-ġlieda kontra l-faqar). Din il-ġlieda għat-tkabbir u l-impjiegi teħtieġ paternità fil-livell politiku l-aktar għoli u mobilizzazzjoni mill-atturi kollha mal-Ewropa. Ġew iffissati ħames miri li jiddefinixxu fejn għandha tasal l-UE sal-2020 u li fil-perspettiva tagħhom jitkejjel il-progress.

Il-president Barroso qal, "l-Ewropa 2020 hija dwar x'hemm bżonn nagħmlu llum u għada biex l-ekonomija terġa tiġi għal li kienet. Il-kriżi kixfet kwistjonijiet fundamentali u bixriet insostenibbli li ma nistgħux nibqgħu ninjoraw. L-Ewropa għandha defiċit tat-tkabbir li qed ipoġġi l-futur f'riskju. Jeħtieġ li b'mod deċiżiv nittrattaw id-dgħufijiet tagħna u nisfruttaw il-ħafna qawwiet li għandna. Neħtieġu nibnu mudell ekonomiku ġdid ibbażat fuq l-għarfien, ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u livell għoljin ta' impjieg. Din il-battalja teħtieġ mobilizzazzjoni mill-atturi kollha mal-Ewropa."

2011 is the European Year of Volunteering.

2011 hija s-Sena Ewropea tal-Volontarjat
Is-Sena Ewropea tal-Volontarjat hija kemm ċelebrazzjoni kif ukoll sfida. Hija ċelebrazzjoni tal-impenn tal-miljuni ta' nies fl-Ewropa li jaħdmu fil-komunitajiet tagħhom waqt il-ħin liberu tagħhom mingħajr ma jitħallsu - pereżmpju fi skejjel, fi sptarijiet, fil-klabbs sportivi, jipproteġu l-ambjent, jipprovdu servizzi soċjali u jgħinu lin-nies f'pajjiżi oħra. L-isforzi tagħhom u ta' dawk tal-bosta eluf ta' organizzazzjonijiet tal-volontarjat jagħmlu differenza enormi lill-ħajjitna f'modi numerużi. Id-dinja titlef bil-kbir jekk ma jkollhiex il-volontieri! Is-SEV hija wkoll sfida għat-tliet kwarti tal-popolazzjoni Ewropea li ma jagħmlu l-ebda volontarjat. Nixtiequ ngħidulhom li huma jagħmlu differenza.
 
Għaliex il-volontarjat huwa importanti:

  • Il-volontiera huma l-aġenti tal-valuri u l-għanijiet Ewropej kif stipulati fit-Trattati, partikolarment mil-lat ta' promozzjoni tal-koeżjoni soċjali, is-solidarjetà, u l-parteċipazzjoni attiva – huma l-volontiera li jittrasformaw dawn il-valuri f'azzjoni, jum wara l-ieħor.
  • Il-volontarjat jikkontribwixxi għall-bini tal-identità Ewropea li għandha l-għeruq tagħha f'dawn il-valuri u jikkontribwixxi biex tinkiseb fehma reċiproka fost in-nies fis-soċjetà u madwar l-Ewropa kollha.
  • Il-volontarjat fin-natura orizzontali tiegħu huwa indispensabbli f'firxa wiesgħa ta' oqsma tal-politika tal-UE bħalma huma l-inklużjoni soċjali, il-forniment tal-opportunitajiet tat-tagħlim li jissokta matul il-ħajja għal kulħadd, il-politiki li jaffettwaw iż-żgħażagħ, id-djalogu bejn il-ġenerazzjonijiet, il-protezzjoni ċivili, l-għajnuna umanitarja u l-iżvilupp, id-drittijiet umani, it-twassil tas-servizzi soċjali, iż-żieda fil-kapaċità li ssib impjieg, il-promozzjoni ta' ċittadinanza Ewropea attiva, il-ġlieda kontra "il-lakuna diġitali", u fi ħdan policies affecting young people, inter-generational dialogue, active aging, integration of migrants, intercultural dialogue, civil protection, humanitarian aid and development, sustainable development and environmental protection, human rights, social service delivery, raising employability, the promotion of an active European citizenship, fighting the "digital gap", u fi ħdan ir-responsabilità soċjali korporattiva.
  • Il-volontarjat huwa fattur ekonomiku. Is-settur tal-volontarjat huwa stmat li jikkontribwixxi 5 % tal-PGD tal-ekonomiji nazzjonali tagħna.

Il-volontiera u l-organizzazzjonijiet tagħhom huma fuq quddiem nett biex jiżviluppaw azzjonijiet innovattivi biex jiżvelaw, isemmaw u jirreaġixxu għal ħtiġijiet li joħorġu mis-soċjetà. Il-volontiera jirriflettu d-diversità tas-soċjetà Ewropea ma' nies ta' kull età, nisa u rġiel, impjegati u nies qiegħda, persuni minn sfond etniku differenti u gruppi bi twemmin differenti u fl-aħħar nett ċittadini mil-pajjiżi kollha involuti.

More information

It-Tkabbir u l-Impjiegi

Ewropa globali u ikbar għandha kull dritt li tkun ambizzjuża.Flimkien ma' l-ambizzjoni għandu jkun hemm id-determinazzjoni.Kull ma ksibna fl-2006 jħeġġiġni biex inħares 'il quddiem lejn il-progress mgħaġġel fl-2007. Jiena ninsab konvint/a li l-mod li bih l-Ewropa tiffaċċja kull sitwazzjoni huwa adattat għall-isfidi tas-seklu 21. It-taħlita ta' dinamiżmu tas-suq, koeżjoni soċjali u responsabbiltà ambjentali hija waħda unika. L-aħjar użu tal-potenzjal tagħha hija t-triq l-iktar żgura biex twassal għal tkabbir u mpjiegi fl-Ewropa.

L-Ambjent

Dikjarazzjoni ta' Missjoni

"Il-ħarsien, il-preservazzjoni u t-titjib ta' l-ambjent
għall-ġenerazzjonijiet tal-preżent u tal-futur, u l-promozzjoni ta' l-iżvilupp sostenibbli."

L-Immigrazzjoni

Parti ewlenija tal-politika komuni ta' l-immigrazzjoni ta' l-UE sa mill-bidu tagħha fl-1999, kienet il-kwistjoni ta' l-immigrazzjoni illegali u l-mod li bih trid tiġi indirizzata.

B'mod partikolari fil-Komunikazzjoni tagħha ta' l-2001 dwar politika komuni dwar l-immigrazzjoni illegali, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li "tindirizza l-kwistjoni ta' l-immigrazzjoni illegali permezz ta' metodu komprensiv" li jimmira lejn miżuri li jkopru l-fażijiet differenti tal-proċess ta' migrazzjoni. It-tliet Pjanijiet ta' Azzjoni dwar l-immigrazzjoni illegali, il-kontrolli tal-fruntieri u r-ritorn tal-Kunsill ta' l-2002, elenkaw grupp komprensiv ta' miżuri u azzjonijiet. Fl-Lulju ta' l-2006, il-Kummissjoni adottat komunikazzjoni b'firxa wiesgħa dwar l-immigrazzjoni illegali li evalwat il-progress li sar fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u identifikat il-prijoritajiet tal-politika ta' l-UE f'dan il-qasam importanti.

L-Euro - €

L-Euro hija l-munita ta' tlettax-il pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea, li huma mifruxa mill-Baħar Mediterran saċ-Ċirku ta' l-Artiku, jiġifieri, il-Belġju, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, l-Awstrija, il-Portugall, il-Finlandja u s-Slovenja.  Il-karti tal-flus u l-muniti ta' l-Euro ilhom fiċ-ċirkolazzjoni sa mill-1 ta' Jannar 2002 u issa huma parti mill-ħajja ta' kuljum għal iktar minn 320 miljun Ewropew li jgħixu fiż-żona ta' l-euro.

L-aħħar aġġornament: 13/07/2011  |Fuq