Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Tkabbir u Impjiegi
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

It-Tkabbir u l-Impjiegi

Jobs in the EU

L-Ewropa 2020 hija l-istrateġija tat-tkabbir tal-UE għall-għaxar snin li ġejjin.
F'dinja li qiegħda dejjem tinbidel, irridu li l-UE ssir ekonomija għaqlija, sostenibbli u inklussiva. Dawn it-tliet prijoritajiet li huma indipendenti minn xulxin għandhom jgħinu lill-UE u l-Istati Membri biex irendu livelli għolja ta' impjieg, produttività u koeżjoni soċjali.

B'mod konkret, l-Unjoni stipulat ħames għanijiet ambizzjużi - fir-rigward ta' impjieg, innovazzjoni, inklużjoni soċjali u klima/enerġija - li jridu jintlaħqu sal-2020. Kull Stat Membru adotta l-miri nazzjonali tiegħu nnifsu f'kull waħda minn dawn l-oqsma. Il-pedamenti tal-istrateġija huma l-azzjonijiet konkreti fil-livelli tal-UE u f'dawk nazzjonali.
Biex jitkejjel il-progress ta' kemm jintlaħqu l-għanijiet tal-2020 tal-Ewropa, sar qbil li jintlaħqu 5 miri ewlenin.
Din il-ġabra limitata ta' miri fil-livell tal-UE hija mbagħad imfassla f'miri nazzjonali f'kull pajjiż tal-UE, u dan jirrifletti s-sitwazzjonijiet u ċ-ċirkostanzi differenti.

Il-5 miri għall-UE fl-2020:

EU 2020

Il-progress biex jintlaħqu dawn l-għanijiet se jitkejjel mal-ħames miri rappreżentattivi ewlenin fil-livell tal-UE, li l-Istati Membri se jintalbu jittraduċu f'miri nazzjonali li jirriflettu l-punti tat-tluq:
• 75 % tal-popolazzjoni tal-età bejn l-20 u l-64 jrifu jkollhom impjieg.
• 3% tal-PGD tal-UE (is-settur pubbliku u privat f'daqqa) għandu jintnefaq fir-Riċerka u l-Iżvilupp/l-innovazzjoni.
• Jintlaħqu l-miri tal-klima/enerġja"20/20/20": l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effetti serra jkunu 20% (jew saħansitra 30%, jekk il-kondizzjonijiet ikunu tajbin) inqas milli fl-1990, 20% tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, żieda ta' 20% fl-effiċjenza tal-enerġija
• Fl-edukazzjoni, jitnaqqsu r-rati ta' persuni li jitilqu l-iskola qabel il-waqt għal inqas minn 10 %. Mill-inqas 40 % ta' dawk li għandhom bejn it-30 u l-34 sena li jispiċċaw l-edukazzjoni terzjarja.
• Mill-inqas 20 miljun ruħ inqas li jkunu fir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali

l-istrateġija Ewropa 2020 tibni fuq l-Aġenda ta' Liżbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi (2000- 2010), li kienet immirata li tagħmel lill-Ewropa "l-ekonomija l-iktar dinamika u kompetittiva bbażata fuq l-għarfien".
Malta, l-istess bħall-Istati Membri l-oħra identifikat l-isfidi li hemm fi trqitha biex tikseb l-għanijiet stipulati mill-Unjoni Ewropea.
F'April 2011, il-Gvern Malti ppubblika l-Programm ta' Riforma Nazzjonali li jaqa' taħt l-istrateġija tal-Ewropa 2020. Il-Programm fih 25 miżura distinta ġdida li għandhom l-għan li jiżguraw li Malta tilħaq il-miri tagħha tal-Ewropa 2020 fl-edukazzjoni, l-impjieg, il-faqar, ir-riċerka u l-iżvilupp, l-enerġija u l-ambjent. Barra minn hekk hemm seba' gruppi distinti ta' miżuri ta' riforma nazzjonali flimkien mal-miżuri tematiċi li għandhom lgħan li jindirizzaw il-problemi fit-tkabbir u l-iżbilanċi makroekonomiċi.

Ir-rapport ta' Malta tal-2010 dwar l-implimentazzjoni tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali

Ir-rapport ta' Malta tal-2009 dwar l-implimentazzjoni tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali e

Ara wkoll:
L-Indikaturi tal-Iżvilupp Sostenibbli jintużaw biex jissorveljaw l-Istarteġija tal-Iżvilupp Sostenibbli tal-UE f'rapport ippubblikat mill-Eurostat kull sentejn

Iċ-ċentru tad-dejta tal-bidla fil-klima jagħti aċċess għad-dejta u l-informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-impatti tal-bidla fil-klima, il-vulnerabilità u l-adattament fl-Ewropa

Biex ikun żgurat li l-politiki ta' innovazzjoni implimentati jrendu riżultati tanġibbli, il-Kummissjoni Ewropea tuża għadd ta' għodda li jippermettulha tiġbor dejta dwar il-prestazzjoni tal-innovazzjoni fl-Ewropa

L-UE tikkoordina u tħeġġeġ lill-gvernijiet nazzjonali biex jiġġieldu kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, jirriformaw is-sistemi tal-benesseri soċjali tagħhom, jindirizzaw l-isfidi li joriġinaw mill-bidla demografika, iħajju għall-effetti ta' tixjiħ tal-popolazzjoni u jirrappurtaw regolarment b'dejta li hija kumparabbli direttament madwar l-UE kollha

Il-politiċi fil-livell Ewropew irrikonoxxew li l-edukazzjoni u t-taħriġ huma essenzjali għall-iżvilupp tas-soċjetà u l-ekonomija tal-għarfien tal-lum. L-istrateġija tal-UE tagħmel emfasi fuq li l-pajjiżi jaħdmu flimkien u jitgħallmu minn xulxin

L-Impjieg u l-Affarijiet Soċjali fl-Ewropa:

Direttorat Ġenerali tal-Impjieg, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
L-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi
Meta taħdem f'pajjiż ieħor tal-UE
Il-Portal tal-Impjiegi EURES

Social Protection


Id-Drittijiet fuq ix-Xogħol
L-Ugwaljanza bejn is-Sessi
Nittrattaw id-Diskriminazzjoni
Il-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea

Il-finanzjament

L-aħħar aġġornament: 28/07/2011  |Fuq