Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Irrakkuntalna l-ġrajja tiegħek! – Ġrajjiet ta' veru fis-Suq Uniku tal-UE
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

10/06/2011 10:21:29

Qatt ħdimt, ivvjaġġajt jew għext barra minn Malta fl-Unjoni Ewropea? Qatt espandejt in-negozju tiegħek 'il barra minn xtutna jew xtrajt prodotti mill-internet? Mela inti l-persuna li qed infittxu biex taqsam magħna l-esperjenza tiegħek barra minn Malta.

    Irrakkuntalna l-ġrajja tiegħek! – Ġrajjiet ta' veru fis-Suq Uniku tal-UE

    Il-Kummissjoni Ewropea, flimkien mal-Parlament Ewropew u l-Presidenza futura tal-UE qed iniedu kampanja biex jiġbru stejjer ta' veru ta' ċittadini, konsumaturi, u intrapriżi Ewropej li għamlu użu mis-Suq Uniku tal-UE. Il-ħames rebbieħa tal-kompetizzjoni li jintgħażlu, se jkollhom l-opportunità li jiltaqgħu ma' dawk kollha li jieħdu d-deċiżjonijiet u jaqsmu l-esperjenza tagħhom fl-okkażjoni tal-Forum tas-Suq Uniku li se jiġi organizzat fi Krakov, il-Polonja fit-3 u l-4 ta' Ottubru.

    Il-kontribuzzjonijiet għandhom jintbagħtu mhux aktar tard mill-24 ta' Ġunju.

    Dawn il-ġrajjiet ta' veru se jservu ta' eżempji biex ivaraw id-diskussjonijiet tal-Forum. Il-Kummissjoni Ewropea se toħloq ġrajja awdjoviżiva mill-entrati li jerbħu.

    Issib aktar dettalji kemm dwar il-kompetizzjoni kif ukoll il-Forum

    L-aħħar aġġornament: 23/06/2011  |Fuq