Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

L-Iżvilupp tad-Dimensjoni Ewropea tal-Isport
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

21/01/2011 16:10:12

Fit-18 ta' Jannar 2011, il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni bl-isem "L-Iżvilupp tad-Dimensjoni Ewropea tal-Isport". Dan huwa l-ewwel dokument ta' politika li ħarġet il-Kummissjoni fil-qasam tal-isport wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona, li jagħti lill-UE l-mandat biex tappoġġja, tikkoordina u tissuplementa l-miżuri tal-politiki tal-isport li jieħdu l-Istati Membri.

    L-Iżvilupp tad-Dimensjoni Ewropea tal-Isport

    Fit-18 ta' Jannar 2011, il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni bl-isem "L-Iżvilupp tad-Dimensjoni Ewropea tal-Isport". Dan huwa l-ewwel dokument ta' politika li ħarġet il-Kummissjoni fil-qasam tal-isport wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona, li jagħti lill-UE l-mandat biex tappoġġja, tikkoordina u tissuplementa l-miżuri tal-politiki tal-isport li jieħdu l-Istati Membri.

    Il-Komunikazzjoni tistipula ideat għal azzjoni fil-livell tal-UE fil-qasam tal-isport. Hija tibni fuq il-White Paper dwar l-Isport u ssegwi struttura simili. Hija tipproponi azzjonijiet konkreti għall-Kummissjoni u/jew l-Istati Membri fi tliet kapitoli ġenerali: ir-rwol tas-soċjetà tal-isport, id-dimensjoni ekonomika tal-isport u l-organizzazzjoni tal-isport. Il-Komunikazzjoni hija akkumpanjata minn Dokument ta' Ħidma tal-Istaff dwar il-moviment ħieles fl-UE tal-isportivi professjonisti u dawk dilettanti.

    L-azzjonijiet proposti fil-Komunikazzjoni għandhom l-għan li jħeġġu dibattitu fost il-partijiet interessati, jindirizzaw l-isfidi fl-isport u jgħinu biex is-settur jiżviluppa. Huma jinkludu ideat li probabbli jiġu żviluppati b'mod ulterjuri u jiġu implimentati biż-żmien. Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew mistennija jirreaġixxu għall-Komunikazzjoni tul l-2011.

    L-Uffiċċju Nazzjonali Malti tal-Istatistika jirrapporta li fl-2005, kważi 102,900 persuna kienu membri ta' 436 organizzazzjoni sportiva fil-gżejjer Maltin, li kienu jimpjegaw total ta' 1,352 persuna u kellhom defiċit finanzjarju ta' Lm 1.1 miljun (EUR 2.56 miljun).

    Fl-2005 f'malta u Għawdex kien hemm 436 organizzazzjoni sportiva attivi, inklużi l-assoċjazzjonijiet kollha u kumpaniji relatati. L-għadd ta' membri kien ta' 102,887, jew fi kliem ieħor 25.5 % tal-popolazzjoni totali, li minnhom 81 % kienu rġiel. L-ikbar proporzjon ta' membri kellhom bejn il-15 u d-29 sena, filwaqt li l-grupp ta' età ta' 'l fuq minn sittin sena kienu jagħmlu l-iċken proporzjon. L-ikbar proporzjon ta' membri kienu l-klabbs tal-futbol. Il-klabbs tal-badminton u taċ-ċikliżmu kellhom l-iżgħar perċentwali ta' membri.

    Parteċipanti fl-attivitajiet tal-isport fl-istess sena kellhom total ta' 67,650 u l-maġġoranza tagħhom kienu jieħdu sehem fil-futbol.

    Kien hemm total ta' 1,352 persuna impjegati mill-organizzazzjonijiet tal-isport fl-2005, li minnhom 70.9 % kienu jaħdmu part-time. Il-maġġoranza kienet tinkludi staff tal-isport, inklużi players imħallsin. 3.925 persuna oħra kienu voluntiera fl-organizzazzjonijiet tal-isport f'din l-istess sena, b'58.5 % minnhom membri tal-kumitati, qal l-NSO.

    Skont is-Sondaġġ Ewropew tal-Intervista tas-Saħħa tal-2008 għal Malta li ġie ppubblikat f'Jannar tal-2011, ġie żvelat kif aktar minn terz ta' dawk li wieġbu kellhom piż żejjed u 'l fuq minn persuna minn kull ħamsa kienet obeża skont l-indiċi tal-massa tal-ġisem tagħhom (BMI). Ġiet osservata żieda fil-BMI meta mqabbel mal-2002 f'dawk li wieġbu li kellhom livell inqas ta' edukazzjoni, li kienu rġiel u dawk li kellhom bejn il-45 sena u l-64 sena.
    L-istess sondaġġ juri wkoll li n-nisa keinu aktar attivi mill-irġiel u kienu għamlu sa tliet sigħat ta' attività vigoruża fil-ġimgħa preċedenti. L-ammont ta' dawk li wieġbu li jagħmlu eżerċizzju moderat huwa kważi d-doppju ta' dawk li jagħmlu eżerċizzju vigoruż.

    L-aħħar aġġornament: 08/06/2011  |Fuq