IS-SAĦĦA
Busuttil irid li Dalli jiċċaqlaq fir-rigward tar-riżoluzzjoni tad-dijabete - 29.05.2012
Il-gazzetta The Malta Independent on Sunday irrappurtat li waqt li kien qed jindirizza konferenza dwar id-dijabete f'Malta, il-MPE Simon Busuttil qal li jrid li l-Kummissarju John Dalli jiċċaqlaq fir-rigward tar-riżoluzzjoni tad-dijabete li adotta l-Parlament Ewropej xahrejn ilu. Dr Busuttil kien ħadem ma' tliet MPE oħra biex ipoġġi l-problema dejjem tikber tad-dijabete fuq l-aġenda Ewropea għal dawn l-aħħar sentejn u nofs u huwa l-co-chairman tal-Grupp ta' Ġidma tad-Dijabete tal-UE tal-Parlament Ewropew u flimkien ma' persuna oħra kiteb ir-riżoluzzjoni kontra d-dijabete, li ġiet adottata mill-PE b'maġġoranza kbira.
Malta Independent: Busuttil wants Dalli to deliver on diabetes resolution page: 4 info: by Francesca Vella date: Tuesday, May 29, 2012
Malta fuq quddiem fi programm Ewropew tal-infermiera speċjalizzati fil-multiple sclerosis - 29.05.2012
Programm biex jistandardizza l-livell tal-professjoni tal-infermiera tal-multiple sclerosis madwar l-UE kollha qed jiġi ttestjat Malta, li juri l-mod kif il-pajjiż qed ifittex li jmexxi fuq quddiem fit-taħriġ u l-edukazzjoni tal-infermiera speċjalizzati. 'Il fuq minn 20 infermier espert minn madwar l-Ewropa kollha, inklżi erbgħa minn Malta, se jittestjaw l-ewwel u l-uniku programm akkreditat, MS nurse Continuing Medical Education (CME), MS Nurse PROfessional, li fl-aħħar iwassal għal kwalifika professjonali. L-infermiera se jivvalutaw ukoll l-ewwel MS Nurse Consensus Paper, bl-isem Moving Towards the Pan-European Unification and Recognition of MS Nurses.
Malta Independent: Malta spearheads European multiple sclerosis specialist nurse programme page: 11 date: Sunday, May 27, 2012
Malta Times: Nurses focus on MS sufferers page: 12 date: Saturday, May 26, 2012
'Il fuq minn 20,000 Malti qed jieħdu sehem fil-kampanja Ewropea kontra t-tipjip - 29.05.2012
L-Orizzont tirrapporta li b'iktar minn 650,000 mewt qabel il-waqt fis-sena kkważati mit-tipjip, inizjattiva tas-saħħa pubblika li tnediet is-sena li għaddiet, li permezz tagħha t-tipjip huwa pprojbit fil-playing fields ta' Malta, hija pass importanti fid-direzzjoni tal-protezzjoni tat-tfal mill-ħsara tat-tipjip passiv. F'attività f'Ħaż-Żebbuġ il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u l-Politika tal-Konsumatur John Dalli qal li kien kuntent bir-reazzjoni li kien hemm sal-lum u enfasizza s-suċċess tal-kampanja 'Min jaqta' s-sigaretti ma jwaqqfu ħadd'.
Malta Independent: Another positive step page: 11 date: Tuesday, May 29, 2012
L-Orizzont: Over 20,000 Maltese engage in European campaign against smoking page: 10 date: Saturday, May 26, 2012
|