Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Il-konsultazzjoni pubblika dwar il-logħob tal-azzard fuq l-internet
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

30/03/2011 11:11:54

Il-Kummissjoni qed tirriċerka fatti u perspettivi dettaljati mill-partijiet interessati kollha fir-rigward tal-qagħda attwali tas-suq tal-UE tal-logħob tal-azzard fuq l-internet minħabba li s-servizzi tal-logħob tal-azzard fuq l-internet huma offruti u użati fil-wisa' fl-UE u s-sinifikat ekonomiku tas-settur qed jikber b'rata mgħaġġla.  It-tkabbir tal-opportunitajiet tal-logħob tal-azzard fuq l-internet wassal għal tkabbir ta' suq mhux awtorizzat, li huwa magħmul minn attivitajiet ta' logħob tal-azzard u ta' mħatri illegali bla liċenzja, inklużi attivitajiet minn pajjiżi terzi kif ukoll operaturi li għandhom liċenzja fi Stat Membru wieħed jew aktar li joffru servizzi tal-logħob tal-azzard fi Stati Membri oħra mingħajr ma jkunu ġabu l-awtorizzazzjoni speċifika f'dawk il-pajjiżi (is-suq imsejjaħ 'is-suq il-griż').

    Il-konsultazzjoni pubblika dwar il-logħob tal-azzard fuq l-internet
    L-aħħar aġġornament: 08/06/2011  |Fuq