Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Il-baġit tal-UE se jagħti aktar importanza lill-kwistjonijie tal-migrazzjoni
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

27/04/2011 17:03:36

Labbozz tal-baġit tal-UE għall-2012, hek kif adottat mill-Kummissjoni Ewropea fl-20 ta' April 2011, qed jagħti aktar importanza lill-kwistjonijiet tal-migrazzjoni u l-politika tal-UE se jkollha fiċ-ċentru tagħha liċ-ċittadini u s-sikurezza tagħhom. Filfatt Malta għandha tgawdi mill-Abbozz tal-Baġit tal-2012 għaliex dan jipprevedi żieda ta' 6.8 % fil-qasam tal-Ħelsien, is-Sigurtà u l-Ġustizzja b'azzjonijiet li jiffukaw fuq l-interessi u l-ħtieġijiet taċ-ċittadini.

    Il-baġit tal-UE se jagħti aktar importanza lill-kwistjonijie tal-migrazzjoni

    Barra minn dan, taħt il-kappa tal-inizjattivi tal-EWROPA 2020 l-azzjonijiet għaż-żgħażagħ jammontaw għal EUR 1.9 biljun, li huwa 15 % iktar mill-2011. L-attivitajiet tal-bidla fil-klima wkoll għandhom importanza. Hemm ippjanata żieda ta' 6.1 % għall-2012 biex jinkiseb total ta' EUR 8.1 biljun.

    Il-programm ġenerali Solidarjetà u Ġestjoni tal-Migrazzjoni jħaddan fih erba' strumenti finanzjarji distinti, imsejħin Fondi. L-approprjazzjonijiet proposti għall-Fond tal-Fruntieri Esterni (EUR 349.6 miljun) żdiedu bi 38 % meta mqabbla mal-baġit tal-2011. Il-Fond huwa mekkaniżmu ta' solidarjetà, li jappoġġja lil dawk l-Istati Membri li jitgħabbew b'piż finanzjarju li jkun fit-tul u li jkun sostanzjali fil-qasam tal-fruntieri esterni u l-politika tal-viża.

    Fil-qasam tal-migrazzjoni, hemm previsti riżorsi miżjuda għall-Fond Ewropew għar-Ritorn (EUR 163 miljun, + 43 %), li huma maħsuba biex isostnu lill-Istati Membri fl-applikazzjoni tal-ġestjoni integrata ta' ritorni, u li jipprevedu azzjonijiet konġunti mill-Istati Membri ħalli jippromwovu l-kondiviżjoni tar-riżorsi u l-għarfien espert u li jirriżultaw f'kisbiet komuni u f'kondiviżjoni aqwa tal-informazzjoni u l-esperjenzi. Dan għandu jarma lill-UE biex tindirizza l-migrazzjoni irregolari u t-traffikar tal-bnedmin b'mod aktar effettiv, speċjalment fil-kuntest tal-avvenimenti li qed iseħħu bħalissa fil-Mediterran tan-nofsinhar.

    L-approprjazzjonijiet għall-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta' Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi (EUR 163 miljun) żdiedu bi 23 % meta mqabbla mal-baġit tal-2011, li jirriflettu l-importanza u l-isfidi li ġġib magħha din il-forma ġdida ta' solidarjetà fost l-Istati Membri, fir-rigward tal-immigranti li huma residenti legalment fl-UE.

    Il-Fond Ewropew tar-Refuġjati se jissokta jappoġġja l-azzjonijiet li ġejjin: il-bini tal-kapaċitajiet għas-sistemi tal-ażil tal-Istati Membri inġenerali, l-isforzi volontarji tal-Istati Membri biex jipprovdu soluzzjoni li tibqa' fit-tul fit-territorji tagħhom lir-refuġjati li ġew identifikati bħala eliġibbli rilokazzjoni mill-Kummissarju Għoli għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti u l-kondiviżjoni volontarja tal-piż bejn l-Istati Membri li tikkonsisti mit-trasferiment tal-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru għal ieħor. Għall-2012 hemm propost ammont ta' EUR 104 miljun inklużi EUR 10 miljuni għall-miżuri tal-emerġenza fil-każ ta' flussi tal-massa tar-refuġjati.

    L-Uffiċċju Ewropew tal-Appoġġ għall-Ażil se jibda jopera kompletament f'Ġunju 2011. L-EASO inpartikolari se jkollu l-għan li jappoġġja l-kooperazzjoni transnazzjonali bejn l-Istati Membri fi kwistjonijiet relatati mal-ażil. L-approprjazzjonijiet għall-2012 se jiżdiedu b'EUR 2 miljuni għan-nefqa tal-operat. L-approprjazzjonijiet għall-aġenzija Frontex (EUR 79.5 miljun) huma skont l-ipprogrammar finanzjarju għall-2012.

    Bażi tal-kontenut

    L-aħħar aġġornament: 08/06/2011  |Fuq