Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Jinstabu aktar muniti foloz tal-ewro fl-2010
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

03/02/2011 00:00:00

L-għadd ta' muniti foloz tal-ewro li tneħħew miċ-ċirkolazzjoni fl-2010 żdied bi 8 % meta mqabbel mas-sena ta' qabel, b'total ta' 186 000 munita maqbudin meta mqabbel mal-172 100 li nqabdu fl-2009. Inġenerali, il-livell ta' muniti foloz jibqa' wieħed baxx ħafna, li jagħti prova li l-isforzi magħqudin tal-Kummissjoni/l-OLAF (l-uffiċċju tal-UE ta' kontra l-frodi), istituzzjonijiet oħra tal-UE u l-Istati Membri qed iħallu riżultat. Il-munita ta' EUR 2 tibqa' l-iktar waħda milquta minn din l-attività kriminali, u tirrappreżenta kważi 3 minn kull 4 muniti foloz.

    Algirdas Šemeta, Il-Kummissarju tal-UE responsabbli mill-ġlieda kontra l-frodi qal: "Il-ġlieda kontra l-flus foloz - kemm jekk ikunu karti kif ukoll jekk ikunu muniti - hija importanti ħafna kemm għall-ekonomija tagħna kif ukoll għall-munita tagħna. L-effiċjenza tal-OLAF biex taħdem mal-awtoritajiet nazzjonali biex isibu muniti foloz tal-ewro u jneħħuhom miċ-ċirkolazzjoni għandha titfaħħar, għaliex ippermettitilna biex inżommu l-problema fl-Ewropa relattivament imrażżna. Aħna se nissuktaw niddedikaw ir-riżorsi kollha meħtieġa biex insibu dawn il-muniti foloz, fi sforz biex neqirdu l-problema mill-UE."

    F'dak li għandu x'jaqsam mal-karti tal-flus tal-ewro fl-2010 tneħħew 751 000 karta tal-flus miċ-ċirkolazzjoni, skont iċ-ċifri tal-Bank Ċentrali Ewropew li huwa inkarigat mill-protezzjoni tal-karti tal-flus kontra l-iffalsifikar.

    Minkejja li l-għadd ta' muniti tal-ewro li tneħħew miċ-ċirkolazzjoni fl-2010 żdiedu bi 8 % meta mqabbla mas-sena ta' qabel, il-Kummissjoni tqis li l-muniti tal-ewro foloz mhumiex sors sinifikanti ta' tħassib għall-pubbliku. Fil-fatt, l-għadd globali ta' muniti foloz huwa żgħir ħafna meta mqabbel mal-għadd totali ta' madwar 16-il biljun munita tal-ewro ġenwini (tal-ogħla tliet dominazzjonijiet) li hemm bħalissa fiċ-ċirkolazzjoni. Il-proporzjon huwa munita waħda falza għal kull 86 000 munita ġenwina. Barra minn hekk, il-vending machines u magni oħra li jaħdmu bil-muniti, li jkunu tranġaw apposta, ma jaċċettawx muniti foloz.

    Il-progress li sar biex jitneħħew muniti tal-ewro foloz miċ-ċirkolazzjoni jixhed l-isforzi li jagħmlu l-Istati Membri biex jawtentiċiżżaw il-muniti tal-ewro. Biex jgħinu dawn l-isforzi l-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw Regolament propost mill-Kummissjoni dwar l-awtentiċiżżar tal-muniti tal-ewro. Dan ir-Regolament se jiġu ppubblikat fil-15 ta' Diċembru 2010 u jistipula r-regoli għall-istituzzjonijiet finanzjarji biex jiżguraw li l-muniti kollha tal-ewro li jitfgħu lura fiċ-ċirkolazzjoni jkunu ġenwini.

    Fl-2010, Il-Kummissjoni/l-OLAF wettqet 17-il proġett għall-protezzjoni tal-karti u l-muniti tal-ewro kontra l-iffalsifikar, inklużi konferenzi u seminars organizzati jew mill-istati Membri inkella mill-Kummissjoni/l-OLAF taħt il-kappa tal-programm Pericles, b'kollaborazzjoni mal-Europol  u l-Bank Ċentrali Ewropew.

    F'Jannar tal-2009 daħlet fis-seħħ direttiva ġdida tal-Bank Ċentrali ta' Malta biex tirregola d-distribuzzjoni mill-ġdid, il-kategorizzazzjoni u l-ħruġ mill-ġdid (jiġifieri 'riċiklaġġ') tal-karti tal-flus tal-ewro. Bħala riżultat ta' din id-Direttiva, il-banek, l-istituzzjonijiet finanzjarji u min jaħdem professjonalment fil-flus kontanti ma jistgħux joħorġu mill-ġdid kontanti li jkunu ġew mill-pubbliku mingħajr ma l-ewwel jissottomettuhom għal testijiet stertti ta' awtentiċità u ta' kwalità skont standards li jifirxu mas-Sistema kollha tal-ewro.

    Permezz ta' din id-Direttiva l-Bank ġab fis-seħħ il-miżuri biex jimplimenta l-qafas ta' riċiklaġġ tal-karti tal-flus tas-Sistema tal-ewro, li hija l-proċedura komuni tas-Sistema tal-ewro għall-iżvelar u t-tneħħija miċ-ċirkolazzjoni tal-karti tal-ewro li jkunu foloz jew li tkabru jew inkella li sarilhom dannu. Il-qafas jorbot lill-banek kollha u lil dawk kollha li l-professjoni tagħhom hija fil-flus kontanti fis-Sistema tal-ewro u għandu l-għan li jippreserva l-fiduċja tal-pubbliku fl-awtentiċità u l-kwalità tal-munita.

    Il-Bank Ċentrali ta' Malta jgħid li l-obbligu li jirtira l-karti u l-muniti foloz tal-ewro miċ-ċirkolazzjoni jestendi għal kull persuna (kemm fiżika kif ukoll legali). Jekk ikun hemm xi ħadd li għandu karta jew munita falza huwa obbligat li jagħtiha lill-bank Ċentrali ta' Malta. Il-bank għandu d-dritt li jimponi multa amministrattiva lil kull min jistab li qed jikser dan l-obbligu legali. 

    Aktar tagħrif:

    http://ec.europa.eu/anti_fraud/pages_euro/index_mt.html

    Il-karatteristiċi tas-sikurezz tal-karti tal-ewro:

    http://www.ecb.europa.eu/euro/banknotes/security/html/index.mt.html  

    TMIEM 

    Base content:

    http://europa.eu/rapid/pressReleasesAction.do?reference=IP/11/47&format=HTML&aged=0&language=EN&guiLanguage=en 

    L-aħħar aġġornament: 17/01/2012  |Fuq