Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Il-Maltin inkwetati dwar it-tniġġis tal-arja u t-traffiku mwaħħal
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

16/06/2011 15:09:38

Skont studju tal-Eurobarometru kkummissjonat mill-Unjoni Ewropea, it-tniġġis tal-arja huwa t-tħassib ambjentali ewlieni tal-Maltin. Fil-fatt, 54 % tal-popolazzjoni Maltija huma inkwetati dwar it-tniġġis tal-arja meta mqabbla ma' 36% f'pajjiżi oħra tal-UE.

    Photo credit: Department of Information  (Malta)

    Il-Maltin huma inkwetati wkoll dwar l-iskart li qed jiżdied (43%), il-bidla fil-klima (42%), it-tniġġis tal-ilma (36%) u d-diżastri magħmula mill-bniedem (32%) b'dawk l-aħħar tnejn ikunu pjuttost inqas mill-medja fl-UE (42% u 41% rispettivament). Meta mqabbla mal-bqija tal-UE, il-Maltin mhumiex daqshekk ikkonċernati bid-diżastri naturali (21%), il-tnaqqis tar-riżorsi naturali (23%) u l-impatt fuq saħħitna tal-kimiċi li jintużaw fil-prodotti ta' kuljum (22%). Il-medja tal-UE hija mill-inqas 10 % ogħla għal dawn it-tliet sitwazzjonijiet inkwetanti.

    F'dan is-sondaġġ spikka wkoll il-fatt li ma jsirux ħafna affarijiet f'Malta biex inaqqsu l-livelli tal-istorbju għaliex 14 % tal-Maltin huma inkwetati dwar it-tniġġis tal-istorbju meta mqabbla mal-medja tal-UE ta' 9%.

    Maġġoranza assoluta tal-Ewropej jaħsbu li l-protezzjoni tal-ambjent hija importanti (95%) u kważi 8 minn kull 10 Ewropej (77%) jgħidu li l-protezzjoni tal-ambjent tista' tagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku. Ir-riżultati tas-sondaġġ fir-rigward tal-attitudni taċ-ċittadini tal-UE jiżvelaw li jeżisti appoġġ kbir mill-pubbliku għal-leġiżlazzjoni ambjentali fil-livell tal-UE u l-iffinanzjar tal-UE għandu jkun allokat biex jappoġġja attivitajiet u żviluppi li jiffavorixxu l-ambjent.

    L-istudju jiżvela wkoll li 30 % tal-popolazzjoni Maltija huma inkwetati dwar il-problemi urbaniċi bħalma huma t-traffiku mwaħħal, it-tniġġis u n-nuqqas ta' spazji ħodor meta mqabbla mal-medja tal-UE li hija ħafna aktar baxxa ta' 18%. Dan mhuwiex sorprendenti fid-dawl li Malta għandha waħda mill-ogħla rati ta' għadd ta' karozzi għal kull persuna fl-UE. Fil-fatt id-dejta uffiċjali kkumpilata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jiżvela li fl-aħħar biċċa tal-ewwel kwart tal-2011, il-kwantità ta; vetturi motorizzati bil-liċenzja kien ta' 305,771 jew madwar 3 karozzi għal kull 4 ċittadini Maltin.

    Dan is-sondaġġ, imwettaq fis-27 Stat Membru kollha tal-Unjoni Ewropea wera pereżempju li madwar żewġ terzi (75%) ta' dawk li jużaw il-karozza tal-UE qalu li probabbli jkunu lesti li jikkompromettu fuq il-veloċità ta' karozza biex inaqqsu l-emissjonijiet. Barra minn hekk il-maġġoranza tax-xufiera tal-karozzi (53%) jaqblu li l-ħlasijiet attwali fuq il-karozzi qed jinbidlu għall-użu reali tal-vettura tagħhom. Filwaqt li maġġoranza tal-utenti tal-karozzi għażlu karozza minħabba l-konvenjenza tagħha, kważi tliet kwarti taċ-ċittadini tal-UE (71%) qalu li lesti jikkunsidraw li jużaw it-trasport pubbliku b'mod aktar frekwenti jekk ikun possibbli li tixtri biljett wieħed li jkopri l-mezzi kollha tat-trasport pubbliku.

    Meta mistqosija dwar soluzzjonijiet biex jindirizzaw il-problemi ambjentali, 41 % tal-Maltin insistew li l-leġiżlazzjoni ambjentali li hemm bħalissa għandha tissaħħaħ aktar. Din it-tweġiba hija kuntrastanti mal-medja tal-UE ta' 25 % li hija ħafna iżgħar. Is-sondaġġ jiżvela wkoll li 30 % tal-maltin huma favur li tiġi introdott leġiżlazzjoni ambjentali aktar stretta meta mqabbla mal-medja tal-UE ta' 23%.

    Base Content
    Whats new 2011

    L-aħħar aġġornament: 04/01/2012  |Fuq