Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Biex tibni l-Pontijiet, u Twaqqa' l-Ħitan: l-UE teħtieġ il-Lingwisti
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

06/07/2011 16:15:28

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) illum iniedi l-proċeduri tal-għażla tal-lingwisti tal-2011 biex isib kemm tradutturi kif ukoll interpreti biex jaħdmu fi rwoli kruċjali madwar l-istituzzjonijiet tal-UE.  L-importanza kontinwa li l-UE tagħti lir-reklutaġġ ta' lingwisti ta' kalibru għoli turi d-dedikazzjoni tagħha biex tippromwovi l-multilinhwiżmu.

    Biex tibni l-Pontijiet, u Twaqqa' l-Ħitan: l-UE teħtieġ il-Lingwisti

    Brussell, is-06 ta' Lulju 2011

    Maroš Šefčovič, il-Viċi President tal-Kummissjoni għar-Relazzjonijiet Interistituzzjonali u għall-Amministrazzjoni, appella lill-gradwati madwar l-Ewropa:

    "Għalkemm dawn huma rwoli differenti ħafna, b'settijiet ta' ħiliet differenti ħafna, kemm it-tradutturi kif ukoll l-interpreti se jkollhom rwol vitali fix-xogħol tal-Unjoni Ewropea. Huma jippermettu l-għarfien u l-ideat biex jaqsmu l-fruntieri u jagħmlu lill-Ewropej tan-nazzjonalitajiet kollha kapaċi li jaħdmu flimkien biex itejbu l-ħajjiet ta' nofs biljun ruħ. Ninkoraġġixxi lil-lingwisti intelliġenti u ddedikati biex jikkunsidraw li jingħaqdu magħna fl-UE għal karriera fejn jistgħu jagħmlu differenza ta' veru".

    It-tnedija tal-proċeduri l-ġodda tal-għażla issegwi l-introduzzjoni b'suċċess tas-sena li għaddiet ta' valutazzjoni bi stil ġdid tal-kompetenzi, li llum qed tintuża biex jintgħażlu l-uffiċjali tal-UE. It-tibdiliet jinkludu ċiklu ta' proċeduri ta' għażla stabbli u aktar prevedibbli, u jiffoka fuq il-ħiliet u l-kompetenzi, aktar milli sempliċiment l-għarfien.

    M. Yves Quitin, id-Direttur Ġenerali tal-Persunal fil-Parlament Ewropew u l-President tal-Bord tal-Maniġment tal-EPSO, laqa' b'sodisfazzjon dan l-aħħar rawnd tal-għażla tal-lingwisti:

    "L-EPSO u l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom storja ta' suċċess reali f'termini tal-proċeduri l-ġodda tal-għażla li jien kburi li nagħmel parti minnha. Organizzazzjonijiet internazzjonali oħra prestiġġjużi ħafna llum qed iduru lejna bħala mexxeja dinjija f'dan il-qasam u dawk li japplikaw għal dawn il-proċeduri tal-għażla tal-ingwisti għandhom ikunu jafu li l-valutazzjoni li se jieħdu sehem fiha hi waħda mill-aqwa fid-dinja."

    David Bearfield, id-direttur tal- Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal, żied:

    "L-ewwel sena ta' valutazzjoni bbażata fuq il-kompetenzi kienet suċċess kbir. Dak li qalulna l-kollegi minn madwar l-istituzzjonijiet tal-UE juri li l-persunal li qed jingħażel permezz tas-sistema l-ġdida hu tal-ogħla kwalità. Kwalunkwe applikant għall-proċeduri tal-għażla tal-ingwisti ta' din is-sena jista' jkun żgur li, jekk jirnexxi, se jkun fost l-aktar tradutturi u interpreti kapaċi madwar id-dinja."

    Il-fatti ewlenin

    • Il-proċedura tal-għażla tat-tradutturi se tiftaħ fis-6 ta' Lulju u tagħlaq fid-9 ta' Awwissu.
    • Il-proċedura tal-għażla tal-interpreti se tiftaħ fit-12 ta' Lulju u tagħlaq xahar wara fit-12 ta' Awwissu.
    • Għat-tradutturi, l-applikanti jista' jkollhom iċ-Ċek, l-Ungeriż, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk u l-Islovakk bħala l-ilsien matern tagħhom. Huma se jkollhom bżonn ukoll ikunu jafu sew tal-anqas tnejn mil-lingwi l-oħra tal-UE.
    • L-applikanti biex isiru interpreti se jkollhom bżonn iċ-Ċek, il-Latvjan, il-Malti, l-Ispanjol jew l-Isvediż bħala l-ilsien matern tagħhom. Għall-biċċa l-kbira tal-għażliet tal-lingwa se jkollhom ikunu profiċjenti f'żewġ jew tliet lingwi oħra.
    • L-EPSO qed ifittex 163 applikant li jirnexxi għall-profil ta' traduttur, li kollha kemm huma se jiġu impjegati fil-grad AD 5 tal-gradwati, li jkollhom bżonn li jkunu lestew l-istudji Universitarji fit-traduzzjoni, il-lingwi jew kwalunkwe qasam ieħor, imma mhux neċessarjament ikollhom esperjenza professjonali.
    • Għall-interpreti, l-Istituzzjoijiet tal-UE għandhom bżonn 100 applikant b'suċċess. Dawn se jkunu impejgati f'wieħed minn dawn iż-żewġ gradi: AD 5 u AD 7. Fiż-żewġ gradi, l-applikanti se jkollhom bżonn l-ewwel grad universitarju u jkunu jew lestew taħriġ fl-interpretar tal-konferenzi jew ħadmu bħala interpreti ta' konferenzi għal sena. L-applikanti AD 7 se jkollhom bżonn ukoll li jkollhom diversi snin ta' esperjenza professjonali bħala interpreti f'konferenzi.
    • Kull sena, il-proċeduri tal-għażla tal-lingwisti huma bbażati fuq firxa differenti ta' rekwiżiti ta' ilsna materni - skont il-ħtieġa tal-istituzzjonijiet tal-UE.
    • Il-proċeduri tal-għażla tat-tradutturi għall-2010 attiraw 5,648 applikant minn madwar 5 profili lingwistiċi.
    • Il-proċeduri tal-għażla tal-interpreti għall-2010, attiraw 1,445 applikant minn madwar ħames profili lingwistiċi u f'żewġ gradi (AD 5 u AD 7).

    Applikanti potenzjali jistgħu jsibu aktar tagħrif hawn: http://www.eu-careers-online.eu/linguists/

    L-aħħar aġġornament: 28/07/2011  |Fuq