Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Spinta biex aktar nisa jieħdu l-ogħla karigi
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

08/03/2011 00:00:00

L-ewwel Jum Internazzjonali tal-Mara sar 100 sena ilu, fid-19 ta' Marzu 1911, fl-Awstrija, id-Danimarka, il-Ġermanja u l-Iżvizzera, wara deċiżjoni li dwarha qablu f'Copenhagen. L-idea li jinżamm il-jum internazzjonali tal-mara tressqet għall-ewwel darba fil-bidu tas-seklu 20 fost indutrijalizzazzjoni dinjija rapida u espansjoni ekonomika li wasslu għall-protesti fuq il-kondizzjonijiet tax-xogħol.  L-Unjoni Ewropea kkommemorat il-100 anniversarju tal-Jum Internazzjonali tal-Mara billi tat prova tal-ugwaljanza bejn is-sessi.

    (c) L-Unjoni Ewropea kkommemorat il-100 anniversarju tal-Jum Internazzjonali tal-Mara billi tat prova tal-ugwaljanza bejn is-sessi. Żewġ irġiel, il-President tal-Parlament Ewropew u l-President tal-Kummissjoni Ewropea, u żewġ nisa, il-President tal-Kumitat FEMJM u l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, ikkommemoraw flimkien ċentinarju ta' kisbiet ekonomiċi, soċjali, politiċi u kulturali tan-nisa madwar id-dinja.

    Żewġ irġiel, il-President tal-Parlament Ewropew u l-President tal-Kummissjoni Ewropea, u żewġ nisa, il-President tal-Kumitat FEMJM u l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, ikkommemoraw flimkien ċentinarju ta' kisbiet ekonomiċi, soċjali, politiċi u kulturali tan-nisa madwar id-dinja.

    F'diskors dwar il-Jum Internazzjonali tal-Mara fit-8 ta' Marzu, Viviane Reding, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għall-Ġustizzja, id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza, qalet li minkejja l-progress, il-qabża fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel għadha kbira b'mod persistenti: bħala medja u fuq firxa tal-ekonomija sħiħa, in-nisa fl-UE jaqilgħu 17.6 % inqas fis-siegħa mill-irġiel.

    Hija qalet li huwa għalhekk li din is-sena l-Unjoni Ewropea introduċiet il-Jum Ewropew ta' Pagi Ndaqs, ħalli kull sena toħroġ stampa tal-għadd supplementari ta' sigħat u jiem li n-nisa jridu jaħdmu biex jilħqu l-ammont ta' flus li jaqilgħu l-irġiel.

    Skont il-Kummissarju Reding, qasam ieħor fejn irid jinkiseb progress huwa dak tan-nisa fil-karigi fejn jittieħdu deċiżjonijiet ekonomiċi. Illum minn kull għaxar membri ta' bord fl-ikbar kumpaniji tal-Ewropa, membru wieħed biss huwa mara u f'97 % tal-każijiet il-bord ikun ippresedut minn raġel.

    Fl-1 ta' Marzu, fi Brussell, is-Sinjura Reding iltaqgħet mal-kapijiet eżekuttivi u l-presidenti tal-bordijiet ta' kumpaniji llistjati pubblikament, biex tiddiskuti s-sottorappreżentanza tan-nisa fuq il-bordijiet tal-korporazzjonijiet. Hija sfidat lill-kumpaniji kollha Ewropej li huma llistjati pubblikament biex jintrabtu għall-"Impenn għan-Nisa fuq il-Bordinjiet għall-Ewropa" sa Marzu 2012.

    Hija talbithom għal impenn volontarju biex iżidu l-parteċipazzjoni tan-nisa fuq il-bordijiet korporattivi bi 30 % sal-2015 u għal 40 % sal-2020. Fl-impenn, hija talbithom biex jingaġġaw b'mod attiv nisa kwalifikati biex jissostitwixxu l-membri rġiel li jkunu se jitilqu mill-bord, u biex jimplimentaw miżuri konkreti biex jiksbu dan il-mirri.

    Fi żmien sena, fit-8 ta' Marzu, fil-Jum Internazzjonali tal-Mara 2012, hi se tagħmel rendikont u tissorvelja l-progress li nkiseb. Jekk l-awtoregolamentazzjoni ma tirnexxix, hija impenjata li tieħu azzjoni fil-livell tal-UE biex tgħin ħalli jsir avvanz u aktar nisa jingħataw karigi għoljin.

    F'Malta, skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, ir-rati ta' impjieg u ta' inattività għan-nisa baqgħu bejn wieħed u ieħor ma tbiddlux bejn l-2008 u l-2009, u kienu 38 u 59 fil-mija rispettivament fl-2009. Min-naħa l-oħra, ir-rata tagħhom tal-qgħad żdiedet bi kważi punt perċentwali biex laħqet 7.6 fil-mija.

    Ftit iżjed min-nofs in-nisa li għandhom bejn 15-il sena u 64 sena li għandhom impjieg, kellhom livell postsekondarju jew terzjarju tal-edukazzjoni. Għan-nisa qiegħda, ftit inqas minn tliet kwarti kellhom livell sekondarju ta' edukazzjoni jew inqas, filwaqt li din iċ-ċifra kienet ta' kważi 90 fil-mija tan-nisa li kienu inattivi fl-2009.

    Matul l-2009, 13 fil-mija tan-nisa ta' 15-il sena u ikbar kienu f'taħriġ jew fl-edukazzjoni, u minnhom kważi 70 fil-mija kienu inattivi. Tlieta u tmenin fil-mija tan-nisa ta' 15-il sena jew akbar kienu segwew programm ġenerali ta' studji.

    Skont ir-rapport il-ġdid tal-Bilanċ bejn is-Sessi fit-Tmexxija tan-Negozji li ġie ppubblikat ftit tal-jiem ilu, 3 % biss tal-ikbar kumpaniji llistjati pubblikament fl-UE għandhom mara li tippresedi l-ogħla korp li jieħu d-deċiżjonijiet. Hemm ukoll varjazzjonijiet konsiderevoli madwar l-Ewropa: fl-Iżvezja u l-Finlandja, aktar minn 25 % tal-membri tal-bordijiet huma nisa, filwaqt li fil-Lussemburgu, Ċipru, l-Italja u Malta dan il-proporzjoni jinżel għal 5 %

    Malta minn dejjem dehret li qiegħda lura mil-lat tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi fuq il-post tax-xogħol b'qabża bejn is-sessi fl-impjieg (bejn dawk li għandhom minn 20 sa 64 sena) ta' 37.1 % fl-2009, 9.8 % inqas mill-2004 iżda xorta waħda l-ogħla rata fl-UE.

    Il-bażi tal-kontenut

    L-aħħar aġġornament: 08/06/2011  |Fuq