Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Żjara lill-Istituzzjonijiet Ewropej għall-Ġurnalisti Maltin
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

19/04/2011 15:34:16

Bejn it-13 u l-15 ta' April 2011, ir-Rappreżentana tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta f'kollaborazzjoni mat-Taqsima taż-Żjarat tad-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea offriet lil grupp ieħor ta' ġurnalisti Maltin żjara ta' tagħrif fi Brussell.

    Żjara lill-Istituzzjonijiet Ewropej għall-Ġurnalisti Maltin

    Waqt iż-żjara tagħhom ta' jumejn il-parteċipanti kienu indirizzati minn bosta kelliema dwar ir-rwol u t-tħaddim tal-Istituzzjonijiet tal-UE u l-politiki differenti tal-UE. Kienu indirizzati wkoll mill-Kap tal-Kabinett tal-Kummissarju tal-UE John Dalli, is-Sinjura Joanna Darmanin, li tkellmet dwar il-ħidma li qiegħda ssir fil-qasam tas-Saħħa u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.

    Il-grupp ġie indirizzat ukoll minn Dr Joanna Drake, id-Direttir tad-DG Enterprise responsabbli għall-SMEs u l-Intraprenditorija, li tat diskors informattiv dwar l-aħħar żviluppi fl-ispinta tl-Kummissjoni Ewropea biex iżżid il-kompetittività tal-SMEs madwar l-UE kollha.

    Il-programm inkluda wkoll żjara lill-istudjows awdjoviżivi tal-Kummissjoni kif ukoll żjara lill-Parlament Ewropew. Il-ġurnalisti ngħataw preżentazzjoni dwar ir-rwol tal-Parlament Ewropew.

    Wara ż-żjara, dawk kollha li ħadu sehem taw reazzjoni pożittiva li tikkonferma l-benefiċċji ta' esperjenza bħal din.

    L-aħħar aġġornament: 17/01/2012  |Fuq