Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Tagħlim tul il-Ħajja fl-isport
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

14/01/2011 15:54:18

Il-Ġimgħa 7 ta' Jannar, il-Malta Exercise Health and Fitness Association f'kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Isport u r-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta, organizzat seminar bl-isem ‘Education and Health through Sports Associations’ (L-Edukazzjoni u s-Saħħa permezz tal-Assoċjazzjonijiet Sportivi)

    Tagħlim tul il-Ħajja fl-isport

    Ippreseda s-seminar is-Sur William Martin, il-Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta, u matulu saret preżentazzjoni mis-Sur Bernard Vassallo (Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport) dwar il-KMS u l-finanzjament Ewropew, kif ukoll dwar l-aħħar proġetti tal-Kunsill, speċifikament 'Lifelong Learning for Sport and Training for Volunteers' (It-Tagħlim li jissokta matul il-Ħajja għall-Isport u t-Taħriġ għall-Volontiera). Imagħad is-Sur Ben Gittus, ir-rappreżentant tal-European Observatory on Sport and Employment li qed imexxi l-proġett, spjega dawn il-proġetti aktar fid-dettall.

    Dr Angelo Chetcuti, mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea, ta deskrizzjoni ġenerali tal-kompetenza tal-UE fil-qasam tal-isport u l-mod kif din evolviet permezz kemm ta' bosta sentenzi tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja kif ukoll permezz tal-iżviluppi politiċi bħalma huwa t-Trattat ta' Liżbona.

    Maria Schembri u Simon Grech, rappreżentanti mill-MEUSAC, spjegaw id-diversi programmi ta' finanjzament tal-UE li huma għad-dispożizzjoni tal-assoċjazzjonijiet tal-isport.

    Kien hemm attendenza tajba għas-seminar kemm mid-Diretturi tal-KMS, il-membri tal-kumitat tal-MEHFA, kif ukoll minn rappreżentanti minn bosta assoċjazzjonijiet sportivi. Is-seminar sar f'Pembroke fl-Istitut tal-Istudji tat-Turiżmu u kien ikkoordinat mis-Sur Gino Schiavone, il-President tal- MEHFA.

    L-aħħar aġġornament: 08/06/2011  |Fuq