Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

L-UE tagħti ċ-ċittadinanza lil 776 000 persuna fl-2009
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

13/06/2011 11:52:57

Fl-2009, 776 000 persuna ħadu ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru tal-UE. Fl-2009 kien hemm 699 000 persuna. Il-kontribuzzjoni ewlenija għal din iż-żieda fil-livell tal-UE saret mir-Renju Unit u kienet konsegwenza ta' għadd baxx mhux tas-soltu ta' ċittadinanzi li r-Renju Unit ta fl-2008 għal raġunijiet purament amministrattivi.

    Iċ-ċittadini l-ġodda tal-UE fis-27 Stat Membru tal-UE fl-2009 fil-biċċa l-kbira ġew mill-Afrika (29% tal-għadd totali li ġabu ċ-ċittadinanz), l-Ażja (24%), l-Ewropa li mhumiex wieħed mis-27 Stat Membru (22%), L-Amerika ta' Fuq u t'Isfel (15%) u l-Oċeanja (1%). Iċ-ċittadini ta' Stat Membru mis-27 li ġabu ċittadinanza fi Stat Membru ieħor ammontaw għal 8 % tat-total.

    Fl-2009, l-ogħla għadd ta' ċittadini li ngħataw ċittadinanza kienu mir-Renju Unit (204 000 persuna), Franza (136 000) u l-Ġermanja (96 000), li flimkien ammontaw għal aktar min-nofs taċ-ċittadinanzi li ngħataw mill-Istat Membri kollha tal-UE.

    L-għadd taċ-ċittadinanzi li ngħataw jista' jiġi relatat mal-għadd ta' residenti barranin, jiġifieri persuni mhux ċittadini li huma residenti fl-Istat Membru. L-ogħla rati ġew irreġistrati fil-Portugall (fejn ingħataw 5.8 ċittadinanzi għal kull 100 barran residenti), l-Iżvezja (5.3), il-Polonja u r-Renju Unit (it-tnejn li huma 4.8) u Malta (4.5), u l-inqas rati fir-Repubblika Ċeka (0.3), il-Litwanja u s-Slovakkja (it-tnejn 0.5). Bħala medja, ingħataw 2.4 ċitadinanzi għal kull 100 resident barrani fl-UE27.

    Meta mqabbla mal-popolazzjoni totali ta' kull Stat Membru, iċ-ċittadinanza ngħatat l-iktar fil-Lussemburgu (8.1 ċittadinanza għal kull 1,000 abitant), Ċipru (5.1), ir-Renju Unit (3.3) u l-Iżvezja (3.2). Tmien Stati Membri taw inqas minn ċittadinanza waħda għal kull 1,000 abitant. Bħala medja, ingħataw 1.6 ċittadinanzi għal kull 1,000 abitant fl-UE27. Malta tat 2 ċittadinanzi għal kull 1 000 abitant.

    Fl-2009, l-ikbar gruppi li ġabu ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru tal-UE27 kienu ċittadini tal-Marokk (59 900 persuna), it-Turkija (51 900), l-Indja (31 100), l-Ekwador (27 800) u l-Albanija (26 700). Fost l-Istati Membri bl-ogħla għadd totali ta' ċittadinanzi miksuba, l-ogħla gruppi fir-Renju Unit kienu l-Indjani (13 % taċ-ċittadinanzi totali li nkisbu) u l-Pakistani (10%), fi Franza, kienu l-Marokkini (19% taċ-ċittadinanzi totali li nkisbu) u l-Alġerini (15%) u fil-Ġermanja, kienu t-Torok (26%).

    F'uħud mill-Istati Membri, parti kbira taċ-ċittadinanzi ngħatat lil ċittadini minn pajjiż wieħed biss. L-Istati Membri bl-ogħla konċentrazzjonijiet kienu l-Greċja (84% mill-Albanija), ir-Rumanija (67% mill-Moldova) u l-Ungerija (66% mir-Rumanija). Fil-Latvja u l-Estonja , 96% u 93% rispettivament taċ-ċittadini ġodda kienu persuni mhux ċittadini li ġew rikonoxxuti.
    Fil-każ ta' Malta, iċ-ċittadinanzi ngħataw kif ġej: 38.2% mill-Awstralja, 12.6%  mir-Renju Unit, 5.1% mill-Kanada u 4.7% mill-Afrika t'Isfel.

    Din id-dejta dwar il-kisba taċ-ċittadinanza tal-Istati Membri tal-UE27 ittieħdet mir-rapport maħruġ mill-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea.

    Il-kontenut fundamentali

    L-aħħar aġġornament: 21/06/2011  |Fuq