Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Malta għadha dipendenti 100% fuq il-karburanti tal-fossili
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

12/04/2011 10:57:39

L-Eurostat żvela li Malta għadha dipendenti 100 % fuq iż-żejt għall-provvista tagħha tal-enerġija u fil-fatt hija l-uniku Stat Membru tal-UE li huwa hekk. L-istess stqarrija għall-istampa turi wkoll li fl-2009, iż-żejt baqa' s-sors ewlieni tal-enerġija fl-UE, bi proporzjon ta' 37 % tal-konsum gross totali intern.

    Malta għadha dipendenti 100% fuq il-karburanti tal-fossili

    Minkejja dan, kien hemm bidliet fit-taħlita ta' sorsi li jikkontribwixxu għall-konsum gross totali intern matul dawn l-aħħar għaxar snin. Il-proporzjon tal-enerġija rinnovabbli kważi rduppjat minn 5 % tal-konsum gross totali intern fl-1999 għal 9 % fl-2009, filwaqt li l-gass tela' minn 22 % għal 24 %. L-enerġija nukleari baqgħet kważi stabbli fil-livell ta' 14 % matul dan il-perjodu, filwaqt li ż-żejt naqas minn 39 % għal 37 % u l-karburanti solidi naqsu minn 18 % għal 16 %.

    madankollu, bosta pajjiżi, partikolarment ir-Repubblika Ċeka u r-Rumanija, żiedu sostanzjalment l-użu tagħhom tal-enerġija nukleari matul dawn l-aħħar għaxar snin, filwaqt li ftit oħrajn, b'mod partikolari l-Iżvezja (minn 37.6% għal 29.3%), naqqsu d-dipendenza tagħhom fuq l-enerġija nukleari.

    Iż-żejt kien jirrappreżenta aktar min-nofs tal-provvista tal-enerġija f'Malta (100% tal-konsum gross totali intern), Ċipru (96%), il-Lussemburgu (63%), il-Greċja (55%), l-Irlanda (52%) u l-Portugall (50%). L-ikbar proporzjonijiet tal-gass kienu osservati fl-Olanda (43%), l-Italja u r-Renju Unit (it-tnejn li huma 38%) u l-Ungerija (36%). L-ikbar proporzjonijiet tal-karburanti solidi kienu rreġistrati fl-Estonja (58%), il-Polonja (54%), ir-Repubblika Ċeka (41%) u l-Bulgarija (36%), għall-enerġija nukleari fi Franza (40%), il-Litwanja (34%) u l-Iżvezja (29%), u għall-enerġija rinnovabbli fil-Latvja (36%), l-Iżvezja (34%), l-Awstrija (27%) u l-Finlandja (23%).

    L-enerġija rinnovabbli tinkludi l-enerġija tal-ilma, ir-riħ, il-bijomassa, dikk tat-tip ġeotermali u dik solari. L-Istati Membri kollha wrew żidiet fil-proporzjon tal-enerġija rinnovabbli fil-provvista tagħhom tal-enerġija bejn l-1999 u l-2009, bl-ikbar żidiet fid-Danimarka (minn 8% tal-konsum gross totali intern fl-1999 għal 17 % fl-2009), l-Iżvezja (minn 27 % għal 34 %), il-Ġermanja (minn 2 % għal 8 %), il-Portugall (minn 13 % għal 19 %), is-Slovakkja (minn 3 % għal 7 %), l-Awstrija (minn 23 % għal 27 %), il-Latvja (minn 32 % għal 36%), Spanja (minn 5% għal 9%), is-Slovenja (minn 9% għal 13%) u l-Ungerija (minn 3% għal 7%).

    Il-bażi tal-kontenut

    L-aħħar aġġornament: 17/01/2012  |Fuq