Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Id-9 ta' Mejju – Niċċelebraw l-Ewropa
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

09/05/2011 10:02:10

Kull sena r-Rappreżentazna tal-Kummissjoni Ewropea u l-Uffiċċju tal-Informazzjoni tal-Parlament Ewropew f'Malta jorganizzaw bosta attivitajiet biex jikkommemoraw Jum l-Ewropa, li huwa ċċelebrat fid-9 ta' Mejju. Jum l-Ewropa huwa ċelebrazzjoni annwali tal-paċi u l-għaqda fl-Ewropa li jissimbolizza dik li llum nafuha bħala l-Unjoni Ewropea. Huwa jikkommemora d-Dikjarazzjoni ta' Robert Schuman tad-9 ta' Mejju 1950.

    Id-9 ta' Mejju – Niċċelebraw l-Ewropa

    In-nofstanhar ta' attivitajiet tat-Tnejn 9 ta' Mejju se jibda fid-9:00 ta' filgħodu f'Misraħ San Ġorġ, il-Belt li se jinbidel fi spazju interattiv, edukattiv u kkulurit fejn se jieħdu sehem madwar 300 student tal-primarja. Se jkunu preżenti wkoll dawk li xogħolhom huwa li jqassmu l-informazzjoni tal-UE f'Malta u l-imsieħba li jaħdmu flimkien fuq bażi regolari fi proġetti mwettqa mill-uffiċċji tal-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew f'Malta. Dawn jinkludu ċ-Ċentri tal-Europe Direct, il-Kummissarju tat-Tfal, il-MEUSAC u organizzazzjonijiet volontarji.

    Għadd ta' artisti se jkunu fuq il-palk fil-misraħ, inklużi l-Big Guggen Friends Band, l-Imsida Sea Scouts u vjolinisti Ungeriżi biex ifakkru l-Presidena Ungeriża attwali tal-UE. Kemm it-tfal kif ukoll l-adulti għandhom jieħdu pjaċir ukoll bl-animaturi li se jkun hemm inklużi stilt walkers u dawk li joħolqu l-forom bil-bżieżaq. Min jattendi jista' jsegwi wkoll lil Mr Lizard u Little Shrew waqt teatru tal-pupazzi ta' nofs siegħa dwar it-tisħin globali.

    Fl-istess waqt li jkunu qed isiru l-attivitajiet f'Misraħ San Ġorġ, se jsir dibattitu parlamentari bejn l-istudenti tal-iskola sekondarja u Membri Parlamentari Maltin u Membri tal-Parlament Ewropew. L-istudenti ntgħażlu wara kompetizzjoni ta' kompożizzjoni miftuħa għall-iskejjel kollha ta' Malta u Għawdex.

    Is-suġġetti magħżula għal din is-sena huma dawn:

    1) Modi kreattivi kif innaqqsu l-impatt tagħna ta' kuljum tal-karbonju;
    2) Sal-2020, l-UE biħsiebha li tniżżel il-perċentwali tal-istudenti li jitilqu mill-iskola qabel il-waqt għal inqas minn 10 % u trid tiżgura li mill-inqas 40 % tal-ġenerazzjoni żagħżugħa jkollha edukazzjoni terzjarja. Għaliex mhemmx aktar żgħażagħ Maltin li jagħżlu edukazzjoni terzjarja?;
    3) Il-volontarjat jad jibdillek ħajtek (2011 hija s-Sena Ewropea għall-Volontarjat).

    L-Eċċellenza Tiegħu l-Presdient ta' Malta se jkun preżenti għaċ-ċerimonja tal-għeluq fil-preżenza tal-banda tal-Fprzi Armati ta' Malta.

    Kulħadd mistieden jattendi u jieħu sehem, jistaqsi dwar x'jinteressah inkella sempliċement igawdi l-atmosfera!

    L-aħħar aġġornament: 08/06/2011  |Fuq