Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Sondaġġ tal-eHealth juri li l-biċċa l-kbira tal-isptarijiet tal-UE għandhom preżenza fuq l-internet iżda s-servizzi tat-telemediċina għadhom m'humiex varati kompletament
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

11/05/2011 17:19:11

Skont ir-riżultati tas-sondaġġ aktar minn 90 % tal-isptarijiet Ewropej huma konnessi mal-broadband, 80% għandhom sistema elettronika ta' records tal-pazjenti, iżda 4 % biss tal-isptarijiet jagħtu lill-pazjenti aċċess fuq l-internet għar-records elettroniċi tagħhom.

    Sondaġġ tal-eHealth juri li l-biċċa l-kbira tal-isptarijiet tal-UE għandhom preżenza fuq l-internet iżda s-servizzi tat-telemediċina għadhom m'humiex varati kompletament

    Skont is-sondaġġ, l-isptarijiet kollha f'Malta li ħadu sehem fis-sondaġġ huma konness mal-broadband li hija distribwita b'mod ugwali fuq il-firxa sħiħa ta' veloċità tal-broadband. Għall-infrastruttura unika u unifikata tal-wireless u s-sistema integrata għall-eReferral, l-isptarijiet Maltin huma qrib il-medja tal-UE.

    Madankollu, l-indikaturi l-oħra għal Malta huma kollha kemm huma inqas mill-medja tal-UE. Jidher li ma hemmx EPR wieħed kondiviż mid-dipartimenti kollha jew telemonitoraġġ fl-isptarijiet Maltin. Il-viżjoni nazzjonali tal-eHealth ta' malta kellha tiġi ppubblikata għall-konsultazzjoni pubblika fl-2007. Mill-2005 'l hawn il-konċentrazzjoni ewlenija tal-gvern fil-qasam tat-TIK fis-saħħa kienet fuq l-implimentazzjoni ta' sistema integrata ta' informazzjoni tas-saħħa għall-isptarijiet u ċ-ċentri tas-saħħa pubbliċi kollha ta' Malta.

    Filwaqt li d-Direttorat tal-Ġestjoni tal-Informazzjoni u t-Teknoloġija fl-isptar il-ġdid ta' Mater Dei jirnexxilu jġestixxi kważi mitt sistema differenti tat-TI li tappoġġja l-eżekuzzjoni ta' servizzi kliniċi lil pazjenti u l-ġestjoni tas-servizz tal-isptar, il-websajt tiegħu josserva b'ċerta perspikaċità:

    “Mhux ir-records kollha tal-pazjenti fl-isptar Mater Dei jin¿ammu elettronikament. L-ikbar volum ta' informazzjoni tal-pazjent għadu maħ¿un f'450.000 volum ta' files tal-pazjenti li huma ġestiti kollha mid-Dipartiment tar-Records Mediċi. Dawn il-files jokkumpaw 5.5 km ta' spazju ta' xkafef, jiġifieri l-istess distanza bejn il-belt u l-ajruport. 'Il fuq minn 1,000 minn dawn il-files jisselfu kull jum ta' ħidma lill-kliniċi u lill-wards, u għadd ekwivalenti jiġu ritornati.”

    Is-sondaġġ jikkonkludi li l-istraijiet Ewropej huma aktar avvanzati mill-isptarijiet tal-Istati Uniti mil-lat ta' skambju mediku estern, i¿da jaqgħu warajhom fl-u¿u tal-eHealth biex jaraw rapporti tal-laboratorju u immaġini tar-radjoloġija. Is-sondaġġ jagħti dejta prezzju¿a għall-ħidma tat-Task Force tal-eHealth tal-UE biex tivvaluta r-rwol tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (TIK) fis-saħħa u l-kura soċjali, li mistennija li tuissuġġerixxi modi għat-TIK biex titħaffef l-innovazzjoni fil-kura tas-saħħa għall-benefiċċju tal-pazjenti, min jieħu ħsiebhom u s-settur tal-kura tas-saħħa.

    It-Task Force tal-eHealth tal-UE ltaqgħet għall-ewwel darba f'Budapest fl-10 ta' Mejju viċin il-ġimgħa tal-eHealth (10-12 ta' Mejju). Il-varar tat-teknoloġiji tal-eHealth fl-Ewropa, bil-ħsieb li tittejjeb il-kwalità tal-kura tas-saħħa, jitnaqqsu l-ispejjeż mediċi u jitrawwem għajxien indipendenti fost dawk li jeħtieġu l-kura, huwa għan ewlieni tal-Aġenda Diġitali tal-Ewropa li pereżempju tistipula l-limitu tal-2015 biex il-pazjenti jingħataw aċċess fuq l-internet għad-dejta medika tagħhom.

    Neelie Kroes, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea għall-Aġenda Diġitali, qalet "Il-potenzjal tal-eHealth biex jipprovdi kura aħjar u sostenibbli lil kull Ewropew huwa enormi. Jien nistenna li t-task Force tal-eHealth Task Force li taħseb bi kreattività dwar il-konswegwenzi u l-opportunitajiet possibbli taż-żona diġitali għall-mod kif nirċievu u nipprovdu l-kura tas-saħħa u niġġestixxu saħħitna fis-snin li ġejjin."

    John Dalli, il-Kummissarju Ewropew inkarigat mis-Saħħa u l-Politika tal-Konsumatur qal: "Nemmen li l-għodod tat-TI jistgħu jgħinu biex nipprovdu kura aħjar, lil aktar nies, b'mod aktar sostenibbli u effiċjenti. Hemm bżonn ċar fl-Ewropa biex nisfruttaw il-potenzjal tal-eHealth li tipprovdi soluzzjonijiet konkreti lill-pazjenti: għodod innovattivi għall-ġestjoni tal-mard kroniku u l-użu tat-telemediċina biex iddgħajjef l-impatt tan-nuqqas ta' ħaddiema tas-saħħa huma eżempji tal-valur immens miżjud tat-TIK fis-saħħa. Huwa vitali li sistemi tat-TIK u ta' tagħmir mediku interoperabbli jikkomplementaw l-inizjattiva tagħnabiex jagħtu lill-pazjenti d-dritt għall-kura tas-saħħa transkonfinali. It-TIK hija għodda importanti wkoll biex tgħina fl-isforz tagħna li niksbu sostenibilità u nikkoreġu l-inugwaljanzi fil-kura tas-saħħ ".

    Il-bażi tal-kontenut

    Final Report

    L-aħħar aġġornament: 08/06/2011  |Fuq