Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Is-sentiment ekonomiku jitbaxxa bi ftit kemm fl-UE kif ukoll fiż-żona tal-ewro
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

20/01/2012 12:16:00

Skont l-Eurostat ir-rata tal-qgħad taż-żona tal-ewro li tiġi aġġustata kull staġjun kienet 10.3 fil-mija f'Novembru 2011, jiġifieri ma nbidlitx minn Ottubru. Hija kienet 10 fil-mija f'Novembru 2010.

    Ir-rata tal-qgħad tal-UE 27 kienet 9.8% f'Novembru 2011, li wkoll ma nbidlitx minn Ottubru. Ir-rata tal-qgħad għal Malta f'Novembru 2011 kientet 6.4 fil-mija, li wkoll ma nbidlitx minn Ottubru. Sena qabel, f'Novembru 2010, ir-rata tal-qgħad għal Malta kienet 6.8 fil-mija.

    L-Eurostat jistima li 23.674 miljun raġel u mara fl-UE27, li minnhom 16.372 miljun kienu fiż-żona tal-ewro, kienu qiegħda f'Novembru 2011. Meta mqabbel ma' Ottubru 2011, l-għadd ta' perrsuni qiegħda żdied b'55 000 fl-UE27 u b'45 000 fiż-żona tal-ewro. Meta mqabbel ma' Novembru 2010, il-qgħad żdied b'723 000 fl-UE27 u b'587 000 fiż-żona tal-ewro.

    Fost l-Istati Membri, l-iktar rati baxxi tal-qgħad ġew reġistrati fl-Awstirja (4.0 fil-mija), il-Lussemburgu u l-Olanda (4.9 fil-mija t-tnejn li huma), u l-ogħla fi Spanja (22.9 fil-mija), il-Greċja (18.8 fil-mija f'Settembru2011) u l-Litwanja (15.3 fil-mija fit-tielet kwart tal-2011).

    F'Novebru 2011, meta mqabbel ma' Ottubru 2011, il-volum tal-kummerċ bl-ingrossa naqas b'0.8 fil-mija fiż-żona tal-ewro u b'0.6 % fl-UE 27. F'Novembru 2011, meta mqabbel ma' Novembr 2010, l-indiċi tal-bejgħ bl-ingrossa naqas bi 2.5 % fiż-żona tal-ewro u b'1.3 % fl-UE 27.

    Fost l-Istati Membri li għandhom dejta disponibbli, il-kummerċ totali bl-ingrossa naqas fi tlettax u żdied f'sebgħa. L-ikbar tnaqqis ġie osservat fil-Portugall (-2.6 fil-mija), Malta (-1.6 fil-mija), ir-Rumanija (-1.0 fil-mija), u l-ikbar żidiet fil-Litwanja (+4.2 fil-mija), l-Irlanda (+2.0 fil-mija) u l-Latvja (+1.9 fil-mija).

    F'Diċmebru, l-Indikatur tas-Sentiment Ekonomiku naqas mhux ħażin, b'0.8 punti fl-UE u b'0.5 punti fiż-żona tal-ewro, għal 92.0 u 93.3, rispettivament. It-tnaqqis globali fl-UE rriżulta minn kunfidenza mdgħajfa fis-servizzi, il-kostruzzjoni u fost il-konsumaturi, filwaqt li s-sentiment tjieb fil-kummerċ bl-ingrossa u baqa' ġeneralment stabbli fl-industrija. Fiż-żona tal-ewro, ġiet osservata deterjorazzjoni tas-sentiment fis-servizzi, il-kummerċ bl-ingrossa u fost il-konsumaturi, filwaqt li l-kunfidenza fl-industrija u l-kostruzzjoni inġenerali ma nbidlitx. Il-kunfidenza fl-industrija kienet ġeneralment stabbli kemm fl-UE kif ukoll fiż-żona tal-ewro, u baqgħet ftit inqas mill-medja fit-tul fiż-żewġ reġjuni.

    Il-kunfidenza fost il-konsumaturi ddeterjorat b'1.2 punti perċentwali fl-UE u b'0.7 punti perċentwali fiż-żona tal-ewro, fil-biċċa l-kbira minħabba t-tħassib dejjem jiżdied dwar il-qagħda finanzjarja u t-tfaddil tagħhom previst minnhom. Il-konsumaturi kienu aktar pessimisti dwar l-iżviluppi futuri tal-qgħad.

    Il-kontenut fundamentali:

    http://europa.eu/rapid/pressReleasesAction.do?reference=STAT/12/5&format=HTML&aged=0&language=EN&guiLanguage=en
    http://europa.eu/rapid/pressReleasesAction.do?reference=STAT/12/4&format=HTML&aged=0&language=EN&guiLanguage=en
    http://europa.eu/rapid/pressReleasesAction.do?reference=IP/12/4&format=HTML&aged=0&language=EN&guiLanguage=en


     


     

    L-aħħar aġġornament: 20/01/2012  |Fuq