Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Dar l-Ewropa tiċċelebra l-Lejl Imdawwal b’ilsna differenti
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

22/09/2009 00:00:00

Fit-3 ta’ Ottubru, matul Notte Bianca - Lejl Imdawwal, Dar l-Ewropa se tiftaħ il-bibien tagħha sa tard bil-lejl. Il-bini ġdid, fejn ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea għandha l-uffiċċji l-ġodda tagħha (Triq San Pawl, wara s-suq l-antik), se jkun miżgħud bl-attività kemm ġewwa, fis-sala tal-konferenzi, u kemm barra, fit-terazzin li jagħti għal fuq il-Port il-Kbir.

    Dar l-Ewropa tiċċelebra l-Lejl Imdawwal b’ilsna differenti

    Il-mistiedna ewlenin se jkun Polyfonias, grupp Ewropew magħruf li jippreżenta poeżija multilingwi. Huma mmexxija mill-poeta Daniż Peter Wessel, akkumpanjat mill-kitarrist Mark Solborg u l-klarinettist Spanjol Salvador Vidal. Magħhom se jingħaqad ukoll il-poeta żagħżugħ Malti Antoine Cassar.

    L-attività se tkun qiegħda tfakkar il-Jum Ewropew tal-Lingwi, li jiġi ċċelebrat kull sena fis-26 ta’ Settembru. Huma bosta l-attivitajiet li se jkunu qed jiġu organizzati madwar l-Ewropa kollha biex jippromwovu d-diversità kulturali u lingwistika u jħeġġu t-tagħlim tal-lingwi kemm għaż-żgħar u kemm għall-kbar.

    L-esperimenti ta’ Wessel bil-poeżija u l-mużika, fi djalogu mal-kompożitur u kitarrist Daniż-Arġentinjan Mark Solborg, ġew ippreżentati għall-ewwel darba fil-pubbliku f’Marzu 2008 f’La Casa Encendida, il-post prestiġjuż f’Madrid għall-arti u l-kultura kontemporanja, kif ukoll ċentru ta’ riċerka importanti għall-prevenzjoni tal-esklużjoni soċjali, razzjali u reliġjuża. Erba’ xhur wara, waħda mill-poeżiji tiegħu, Un Idioma Sin Fronteras, rebħet it-Tieni Premju fil-kompetizzjoni tal-internazzjonali tal-arti 2008culturas.com, organizzata mill-Ministeru tal-Kultura Spanjol biex tfakkar is-Sena Ewropea għad-Djalogu Interkulturali 2008. Minn Settembru 2008, it-trio kellhom rappreżentazzjonijiet f’Ruma, Stokkolma, Kopenħagen u Galway, f’tour sponsorjat mill-Istitut Spanjol Cervantes.

    Din mhix l-ewwel darba li Polyfonias se jkunu qed jaħdmu ma’ Antoine Cassar. Minn meta nieda l-aħħar ktieb tiegħu, Mużajk, an exploration in multilingual verse (Edizzjoni Skarta, 2008) fil-fiera tal-kotba f’Leipzig u fil-Literaturwerkstatt f’Berlin f’Marzu li għadda, Cassar kien mistieden f’għadd ta’ festivals letterarji madwar l-Ewropa, fosthom qari ta’ poeżija ma’ Polyfonias fil-Literaturhaus ta’ Kopenħagen u fil-Poesiefestival ta’ Berlin, wieħed mill-akbar festivals l-letterarji fl-Ewropa.

    Matul is-serata se jkun hemm ukoll mużika live minn Santa Maria Accordion Band.

    More info

    L-aħħar aġġornament: 30/10/2010  |Fuq