Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Varat ktieb f'Dar l-Ewropa
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

30/04/2012 15:29:29

Dan l-aħħar waqt okkażjoni organizzata mir-rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta, tnieda l-ktieb ġdid miktub minn Marvin Formosa u Brian Findsen.  Lifelong Learning in Later Life: a handbook on older adult learning (Sense Publishers, l-Olanda) huwa gwida għal firxa wiesgħa ta' persuni li jaħdmu flimkien ma' adulti aktar avvanzati fl-età f'diversi kuntesti.

    Waqt it-tnedija tal-ktieb, li saret nhar il-Ġimgħa 27 ta' April f'Dar l-Ewropa, il-Kap tar-Rappreżentanza Martin Bugelli, tkellem dwar il-pubblikazzjoni fir-rigward tas-Sena Ewropea dwar ix-Xjuħija Attiva u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet u enfasizza l-importanza tal-parteċipazzjoni fit-tagħlim li jissokta tul il-ħajja. Il-Prof. Peter Mayo ppresjeda l-okkażjoni u l-kelliema l-oħra kienu l-Prof. Joseph Troisi u l-On. Helena Dalli, flimkien mal-ko-awtur tal-ktieb, Dr Marvin Formosa.

      Opening speech by Martin Bugelli, Head of the EC Representation in Malta    The book-launch at Dar l-Ewropa

     

    Click here for more pictures of the event.

    L-aħħar aġġornament: 30/04/2012  |Fuq