Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Is-sikurezza fit-toroq: Il-progress fit-tnaqqis tal-imwiet fit-toroq tal-UE jaqa’ għal 2 % fl-2011
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

29/03/2012 15:23:00

Il-progress fit-tnaqqis tal-għadd ta’ fatalitajiet fit-toroq waqa’ sinifikament matul is-sena l-oħra (għal -2 %) meta mqabbel mat-tnaqqis verament promettenti madwar l-UE fl-aħħar għaxar snin (medja ta' -6 %), skont l-aħħar ċifri ppubblikati llum mill-Kummissjoni Ewropea. Agħar minn hekk, xi Stati Membri tal-UE, bħall-Ġermanja u l-Isvezja, li għandhom rekords tas-sikurezza tajbin ħafna, issa qed juru żieda sinifikanti fl-imwiet. Fi Stati Membri oħra, bħall-Polonja u l-Belġju - li diġà qed jaqaw lura fis-sikurezza fit-toroq - l-imwiet żdiedu. Għadha qed tippersisti l-problema tal-muturi – fejn f’iktar minn għaxar snin il-fatalitajiet għadhom ma naqsux.

 

 

    Il-Kummissarju tal-UE għat-Trasport, Siim Kallas qal; “Dawn iċ-ċifri qed iġagħluna nirrealizzaw ir-realtà x’inhi. Dan huwa l-iżjed nuqqas bil-mod fl-imwiet fit-toroq f'għaxar snin. Kuljum għadhom imutu 85 persuna fit-toroq tal-Ewropa. Dan huwa inaċċettabbli. Irridu nintensifikaw ħafna l-isforzi tagħna kemm fuq il-livell tal-UE kif ukoll fuq dak nazzjonali biex nilħqu l-għan tagħna li nerġgħu nnaqqsu l-fatalitajiet bin-nofs sal-2020. Jien qed nikteb lill-Ministri fl-Istati Membri kollha biex nitlob għal informazzjoni dwar il-pjanijiet nazzjonali ta' infurzar tas-sikurezza fit-toroq għall-2012. Jien irrid inkun żgurat li anki fi żminijiet ekonomiċi ibsin, din il-ħidma importanti, li hija daqshekk ċentrali għas-sikurezza fit-toroq, mhix qed tonqos. Fuq il-livell tal-UE, fl-2012 jien se nimmira speċifikament ukoll il-fatalitajiet tal-muturi, għax irridu naraw bidla f’din ix-xejra attwali u li dawn l-imwiet jibdew jonqsu.”

    It-tabella mehmuża - "fatalitajiet fit-toroq għal kull pajjiż" - turi l-progress li sar mill-2001, biċ-ċifri tal-pajjiżi kollha madwar l-UE, imqassmin skont il-pajjiż.  Tinkludi l-aktar ċifri riċenti għall-2011.

    Matul l-aħħar għaxar snin sar progress kbir taħt il-Pjan ta’ Azzjoni tas-Sikurezza fit-Toroq tal-UE 2001-2011. Il-fatalitajiet fit-toroq naqsu bi kważi 45 % u ġew salvati iktar minn 125 000 ruħ.

    L-imwiet fit-toroq fl-UE naqsu fuq medja ta’ 6 % kull sena. U f’ċerti pajjiżi dan in-nuqqas tela' wkoll għall-11 % (2010). 


    Il-pjan ta' azzjoni għas-sikurezza fit-toroq tal-UE 2011-2020
    F'Lulju 2010, il-Kummissjoni adottat pjanijiet ta' sfida biex tnaqqas bin-nofs l-għadd ta' mwiet fit-toroq Ewropej fl-10 snin li ġejjin. L-inizjattivi proposti fl-"Orjentazzjonijiet ta' Politika Ewropea għas-Sikurezza tat-Toroq 2011-2020" ivarjaw minn standards ogħla stabbiliti għas-sikurezza tal-vetturi, sat-titjib fit-taħriġ tal-utenti tat-toroq u ż-żieda fl-infurzar tar-regoli tat-toroq. Il-Kummissjoni qed taħdem mill-qrib mal-Istati Membri sabiex timplimenta dan il-programm.

    Programm ta' azzjoni għas-sikurezza fit-toroq 2011-2020:
    Il-programm ta' azzjoni għas-Sikurezza tat-Toroq jistabbilixxi taħlita ta' inizjattivi li jikkonċentraw fuq it-titjib tal-vetturi, l-infrastruttura u l-imġiba tal-utenti tat-toroq. 

    Hemm seba' għanijiet strateġiċi:

    • Miżuri tas-sikurezza mtejba għat-trakkijiet u l-karozzi
    • Bini ta' toroq iktar sikuri
    • Żvilupp ta' vetturi intelliġenti
    • Tisħiħ fl-għoti tal-liċenzji u t-taħriġ
    • Infurzar aħjar
    • Konċentrazzjoni fuq il-korrimenti
    • Konċentrazzjoni ġdida fuq is-sewwieqa tal-muturi.


    Il-miżuri dettaljati għal kull għan strateġiku jinsabu elenkati fil-MEMO/10/343.
    Ara wkoll: MEMO/11/483


    Xi jmiss issa?
    Se titkattar l-ħidma biex jiġi implimentat il-Pjan ta’ Azzjoni tas-Sikurezza tatt-Toroq tal-UE 2011-2020. Barra minn hekk, il-Viċi President illum ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jintensifika l-isforzi marbuta mal-infurzar nazzjonali u mal-utenti tat-toroq li jużaw il-muturi, li huma fost l-iktar vulnerabbli.  

    axar snin il-fatalitajiet għadhom ma naqsux. 

     Member State

     

    Fatalities per million people

     

    Evolution of fatalities

     

    2001

    2010

    2011

    (provisional)

    2001-2010

    Average annual decrease

    2010-2011

    (provisional)

    Belgique/België

    145

    75

    77

    -45%

    -6%

    4%

    България (Bulgaria)

     

    124

    103

    88

    -23%

    -3%

    -15%

    Česká republika

     

    130

    76

    73

    -40%

    -5%

    -4%

    Danmark

    81

    46

    40

    -41%

    -6%

    -18%

    Deutschland

    85

    45

    49

    -48%

    -7%

    10%

    Eesti

    146

    58

    75

    -61%

    -10%

    29%

    Éire/Ireland

    107

    47

    42

    -49%

    -7%

    -13%

    Ελλάδα (Ellada)

    172

    111

    97

    -33%

    -4%

    -13%

    España

    136

    54

    50

    -50%

    -9%

    -6%

    France

    134

    62

    61

    -51%

    -8%

    0%

    Italia

    125

    68

    65

    -42%

    -6%

    -4%

    Κύπρος (Kypros)/Kibris

     

    140

    75

    88

    -39%

    -5%

    18%

    Latvija

    236

    97

    80

    -61%

    -10%

    -18%

    Lietuva

    202

    90

    92

    -58%

    -9%

    -3%

    Luxembourg

    159

    64

    70

    -54%

    -8%

    13%

    Magyarország

    121

    74

    64

    -40%

    -6%

    -14%

    Malta

    41

    36

    41

    -6%

    -1%

    13%

    Nederland

    62

    32

    33

    -46%

    -7%

    2%

    Österreich

    119

    66

    62

    -42%

    -6%

    -6%

    Polska

    145

    102

    109

    -29%

    -4%

    7%

    Portugal

    163

    79

    74

    -44%

    -6%

    -6%

    România

    109

    111

    94

    -3%

    0%

    -15%

    Slovenija

    140

    67

    69

    -50%

    -7%

    1%

    Slovensko

    114

    68

    59

    -40%

    -5%

    -6%

    Suomi/Finland

    84

    51

    54

    -37%

    -5%

    6%

    Sverige

    66

    28

    33

    -54%

    -8%

    18%

     

    United Kingdom

    61

    31

    32

    -47%

    -7%

    5%

    EU

    112

    62

    61

    -43%

    -6%

    -2%

     

     

    L-aħħar aġġornament: 29/03/2012  |Fuq