Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

‘Kimberley’, is-satellita Maltija - Jitħabbru r-rebbieħa tal-Kompetizzjoni tat-Tpinġija Ewropea Galileo
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

27/03/2012 14:25:13

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni tat-tpinġija Galileo li kellha t-tema “l-Ispazju u l-Ajrunawtika”. F’Malta, il-ġurija nazzjonali għażlet it-tpinġija ta’ Kimberley Camilleri, tifla ta’ ħdax-il sena mill-Mellieħa, bħala r-rebbieħa. It-tfal rebbieħa, wieħed minn kull Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, se jkollhom satellita tal-Programm Galileo msemmija għalihom u mtella’ fl-ispazju.

 

    Għalhekk, satellita bl-isem ta’ Kimberley se tagħmel parti minn din is-sistema satellitari Ewropea ta’ 27 satellita. Dan il-proġett se jipprovdi servizz ta’ pożizzjonar preċiż ħafna u se jsaħħaħ l-indipendenza teknoloġika Ewropea.

    L-isem tar-rebbieħa tħabbar waqt iċ-Ċerimonja ta’ Premjazzjoni li saret illum, fejn l-istudenta ngħatat ċertifikat u trofew li jirrappreżenta s-satellita li se tissemma għaliha. Iċ-Ċerimonja saret fl-iskola Santa Monica fil-Gżira fil-preżenza tas-Sur Martin Bugelli, Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, Dr. James Calleja, Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u Xogħol u tal-ġurija nazzjonali. Is-Sur Bugelli faħħar lil Kimberley għal “mod ċar ta’ kif uriet il-benefiċċji differenti tat-teknoloġija spazjali għall-Ewropej.” Hu rringrazzja wkoll lill-parteċipanti kollha, li bejniethom bagħtu 131 tpinġija, u ħeġġiġhom jibqgħu jieħdu sehem f’inizjattivi li l-Kummissjoni Ewropea torganizza minn żmien għal żmien “ħalli juru lid-dinja  huma x’jaħsbu.”

    Dr. Calleja rringrazzja lill-ġenituri u lil dawk li jieħdu ħsieb it-tfal talli ħeġġew lil uliedhom biex jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni: “Fost il-ħafna responsabbiltajiet, il-ġenituri u dawk li jieħdu ħsieb it-tfal għandhom ukoll ir-rwol ta’ edukaturi informali, rwol li jikkumplementa l-ħidma tal-għalliema fl-iskejjel. Attivitajiet extra-kurrikulari huma esperjenza ta’ tagħlim għall-familja kollha, li t-tfal, imma wkoll il-kbar, jibqgħu jgħożżu għal ħafna snin”. Dr Calleja temm billi rringrazzja wkoll lill-iskejjel talli appoġġjaw dan l-inizjattiva pjaċevoli, imma fl-istess ħin ukoll edukattiva.

    Ir-rebbieħa ntgħażlet minn Ġurija Nazzjonali li kienet magħmula minn Dr Angelo Chetcuti, mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, Ian Busuttil Naudi, preżentatur tal-programm televiżiv ‘Gadgets’, u Tony Tanti, mis-Soċjetà Maltija tal-Astronomija.


    Dwar il-kompetitizzjoni tat-tpinġija Galileo
    It-tfal ta’ bejn id-9 snin u l-11-il sena li joqogħdu f’wieħed mis-27 Stat Membru tal-Unjoni kienu mħeġġa jieħdu sehem fil-Kompetitizzjoni tat-Tpinġija Galileo li ġiet organizzata mill-Kummissjoni Ewropea. Is-satelliti tal-Programm Galileo se jissemmew għal kull rebbieħ ta’ din il-kompetizzjoni.

    Biex jieħdu sehem, it-tfal intalbu jtellgħu immaġini skenjata jew ritratt diġitali tat-tpinġija tagħhom dwar l-ispazju u l-ajrunawtika fuq is-sit www.galileocontest.eu.
     

    Dwar il-Programm Galileo
    Il-Programm Galileo huwa sistema ta’ navigazzjoni satellitari Ewropea indipendenti. Il-Programm Galileo se jtella’ fl-ispazju mill-inqas 27 satellita, u se jservi biex jiżgura li l-Ewropa tieħu pożizzjoni quddiem nett fil-qasam tat-teknoloġiji relatati mal-ispazju. Il-Programm Galileo se jiżgura aċċess min-naħa tal-Ewropa għal sistemi ta’ navigazzjoni satellitari b’mod indipendenti mis-sistema Amerikana GPS. Is-sistema satellitari se tkun qed taqdi diversi skopijiet, li jinkludu l-ġestjoni tat-trasport u applikazzjonijiet relatati mat-telefonija ċellulari. Is-satelliti tal-Programm Galileo se jittellgħu f’fażijiet sakemm il-kostellazzjoni tkun kompluta. L-ewwel satteliti ttellgħu s-sena li għaddiet.

     

    Aktar Tagħrif:
    Aktar tagħrif dwar il-kompetizzjoni jinsab fuq is-sit www.galileocontest.eu, waqt li tagħrif dwar il-Programm Satellitari Galileo jista' jinkiseb mis-sit http://ec.europa.eu/galileo.

     

    Background - Galileo Navigation system
    Galileo will allow users to know their exact position in time and space, just like GPS, but with greater precision and reliability. Galileo is the Programme of the European Union to develop a global satellite navigation system under European civilian control. It will be compatible and, for some of its services, interoperable with the American GPS and Glonass (Russia), but independent from them.

    In 2014 Galileo will offer three services: the Open Service (free of charge), the Public Regulated Service (ensures that key services such as the police and ambulance services, continue to function in moments of crisis), and the Search-and-Rescue Service (in times of emergency, for example a sailor lost at sea).
    Further services to follow later will include a Commercial Service and a Safety-of-Life Service for higher accuracy authenticated data and use in life-critical applications. Galileo recently took a huge leap forward on 21st October with the launch of the first two operational Galileo satellites. A second launch of a further 2 Galileo operational satellites is foreseen in 2012. This success paves the way to the provision of Galileo’s initial services in 2014.

    Contracts allocated for the deployment of Galileo: The deployment phase began in 2008 and work has been divided into six lots which have all been opened to public procurement markets. The first four lots - i.e. engineering support, construction of the satellites, launch services (IP/10/7) and operations (IP/10/1382) - were all allocated in 2010 for roughly €1,250 million. The final two lots, which concern ground infrastructure, were allocated in June 2011 (IP/11/772).

    EGNOS the European Geostationary Navigation Overlay Service: Already since 1st of October 2009 Europeans benefit from improved GPS signals in Europe provided by EGNOS, the European Geostationary Navigation Overlay Service.

    EGNOS comprises just three satellites including more than 40 ground stations, and acts as an enhancement to the US-based GPS system for safety critical applications in aviation and marine environments. It provides freely available positioning data throughout Europe to any EGNOS-enabled GPS receiver. Its Safety-of-Life Service increasing aviation safety is operational since March 2011 (IP/11/247).
    International cooperation: The EU system and those from China, the United States, Russia, Japan and India are compatible, but this requires constant discussions with each nation and within a UN context. Norway participates and has contributed to the funding of the program, and there are ongoing negotiations with Switzerland.

    Click here to see pictures of the ceremony.

    L-aħħar aġġornament: 28/03/2012  |Fuq