Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Il-poeta intens Karmenu Vassallo 'jagħlaq100 sena'
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

26/03/2013 15:10:33

Biex tiċċelebra l-100 sena anniversarju mit-twelid tal-poeta, L-Għaqda tal-Malti (Università), organizzat attività b'kollaborazzjoni mar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta, nhar il-Ħamis 21 ta' Marzu f'Dar l-Ewropa.

    Il-poeta intens Karmenu Vassallo 'jagħlaq100 sena'

    Il-leħen qawwi ta' Karmenu Vassallo laqat lill-ġenerazzjoni żagħżugħa tas-snin tletin u erbgħin għax kien jesprimi t-tbatija tal-ħajja, ir-rabja u r-ribelljoni minsuġin fi spiritwalità profonda u fil-prinċipji Nsara. Vassallo se jibqa' mfakkar għall-poeżiji tiegħu iżda kien ukoll ittraduċa xi xogħlijiet letterarji għall-Malti fosthom Ġrajja ta' Żewġt Ibliet ta' Charles Dickens.

    Marcel Zammit Marmarà, għamel preżentazzjoni estensiva tal-ħajja ta' Vassallo - l-uġigħ tiegħu, l-għarfien li kellu u x-xogħlijiet li għamel, u żewwaq ir-rakkont b'anettodi interessanti. Wara tkellem Oliver Paul Vassallo, wieħed minn ulied il-poeta u mbagħad għalaq is-serata l-kelliem speċjali tal-attività, il-Professur Oliver Friggieri. Il-preżentazzjonijiet kienu akkumpanjati mill-mużika u l-kant ta' Dominic Galea u Doreen Galea.

    Agħfas hawn biex tara xi ritratti tas-serata.  

    L-aħħar aġġornament: 26/03/2013  |Fuq