Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Għajnuna mill-Istat: Il-Kummissjoni tiftaħ investigazzjoni dettaljata dwar l-għajnuna għar-ristrutturar tal-Air Malta
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

27/01/2012 12:23:12

Il-Kummissjoni Ewropea fetħet investigazzjoni dettaljata biex teżamina jekk l-għajnuna ta' ristrutturar ta' EUR 130 miljun għal-linja tal-ajru proprjetà tal-Istat Malti l-Air Malta hijiex konformi mar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat.

    Il-Kummissjoni b'mod partikolari se teżamina jekk il-miżuri imħejjija humiex xierqa biex jirrestawraw il-vijabbiltà fit-tul tal-kumpanija u jekk jiżgurawx biżżejjed kumpens għad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jiġġenera dan l-appoġġ mill-Istat. Il-ftuħ tal-investigazzjoni dettaljata jippermetti lill-partijiet terzi interessati biex jikkumentaw dwar il-miżuri li jkunu taħt il-lenti. Dan ma jippreġudiukax il-konklużjoni aħħarija.

    F'Novembru tal-2010 il-Kummissjoni awtorizzat faċilità ta' self ta' EUR 52 miljun għall-Air Malta bħala għajnuna ta' salvataġġ (ara IP/10/1509). L-awtoritajiet Maltin ikkommettew ruħhom li jinnotifikaw pjan ta' ristrutturar fi żmien 6 xhur wara d-deċiżjoni tal-għajnuna ta' salvataġġ.

    F'Mejju tal-2011, Malta avżat lill-Kummissjoni b'żieda fil-kapital ta' EUR 130 miljun. Dan biex tingħata għajnuna għar-ristrutturar tal-kumpanija, li għal bosta snin għaddiet minn diffikultajiet finanzjarji. Il-pjan sottostanti ta' ristrutturar ikopri perjodu ta' ristrutturar ta' ħames snin mill-2011 sal-2016.

    Il-Kummissjoni għandha dubji dwar jekk il-pjan ta' ristrutturar innotifikat hux konformi mar-rekwiżiti tal-Linji Gwida tal-UE dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar (ara IP/04/856 u MEMO/04/172) B'mod partikolari, il-Kummissjoni hi mħassba li t-tbassir tal-vijabbiltà fit-tul jista' ma jkunx realistiku biżżejjed u li t-tnaqqis propost fil-kapaċità jista' ma jkunx xieraq biex jikkumpensa għad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jinħolqu permezz ta' dan l-appoġġ mill-Istat. Il-Kummissjoni għandha wkoll dubji jekk il-kontribuzzjoni proprja tal-Air Malta għall-ispejjeż tar-ristrutturar hix biżżejjed.

    Fl-aħħar il-Kummissjoni għandha bżonn aktar informazzjoni biex tiddetermina jekk l-Air Malta hix eliġibbli għall-għajnuna ta' ristrutturar fid-dawl tal-injezzjoni tal-kapital li saret minn Malta fl-2004.

    L-aħħar aġġornament: 27/01/2012  |Fuq