Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

L-UE tilqa' b'ferħ ir-riżultat tar-referendum tal-adeżjoni Kroata
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

25/01/2012 09:36:15

Wara li ġie ppubblikat ir-riżultat uffiċjali tar-referendum dwar l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, José Manuel Barroso, u l-President tal-Kunsill Ewropew, Herman Van Rompuy, ħarġu dikjarazzjoni konġunta:

    "Aħna kuntenti bir-riżultat pożittiv tar-referendum tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea. B'dan il-vot, iċ-ċittadii Kroati ħaddnu l-integrazzjoni Ewropea. Nifirħu lill-Kroazja u l-poplu tagħha dwar l-għażla li għamlu. Is-sħubija tal-UE se tiftaħilhom opportunitajiet ġodda u se tgħinhom biex jiżguraw l-istabilità u l-prosperità tan-nazzjon tagħhom.

    “Hekk kif kważi ntemm l-għadd tal-voti, 66 % tal-votanti appoġġjaw is-sħubija tal-UE b'madwar 33 % kontra.

    “B'dan il-mandat popolari, il-gvern Kroat issa jista' jlesti t-tħejjijiet li fadal għas-sħubija. Aħna nħarsu b'antiċipazzjoni lejn proċess bla skossi ta' ratifika mill-Parlament Kroat kif ukoll mill-Parlamenti kollha tal-Istati Membri tal-UE, ħalli l-Kroazja tkun tista' ssir it-28 Membru fl-1 ta' Lulju 2013.

    “L-adeżjoni imminenti tal-Kroazja tagħti messaġġ ċar lir-reġjun kollu tax-Xlokk tal-Ewropa. Hija turi li permezz ta' qlubija politika u riformi determinati, is-sħubija mal-UE hija aċċessibbli. Għalhekk il-vot pożittiv tal-lum huwa aħbar tajba għall-Kroazja, aħbar tajba għar-reġjun u aħbar tajba għall-Ewropa."

    F'Diċembru li għadda, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi kien fost is-27 mexxej tal-UE li ffirmaw it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja biex jinbeda l-proċess għal ratifika formali. Il-Kroazja se tkun it-28 Stat Membru tal-UE fl-1 ta' Lulju 2013.

    Ftit tal-jiem qabel, it-tleit MPE Maltin preżenti, Simon Busuttil u David Casa tal-Partit Nazzjonalista u Edward Scicluna tal-Partit Laburista vvutaw favur.

    Il-kontenut fundamentali:
    http://europa.eu/rapid/pressReleasesAction.do?reference=MEMO/12/29&format=HTML&aged=0&language=EN&guiLanguage=en

    L-aħħar aġġornament: 25/01/2012  |Fuq