Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Literary Exchange in the Euro-Med
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

24/04/2013 14:25:07

Ir-Rappreżentanza tal-KE f'Malta ngħaqdet ma' Inizjamed biex tgħin l-ospitar tal-proċess tal-konsultazzjoni lejn l-iżvilupp ta' strateġija għal skambju litterarju fir-reġjun Ewro-Mediterranja mil-Literature Across Frontier. B'segwitu tal-konferenza storika ta' Istanbul fl-2011 u żewġ workshops fir-reġjun fl-2012 din il-laqgħa ta' konklużjoni f'Malta, laqqgħet madwar 35 rappreżentant ta' organizzazzjonijiet u netwerks prominenti, kemm mid-dinja letterarja kif ukoll mis-settur litterarju, kulturali u politiku usa'.

    Il-parteċipanti ddiskutew dawn il-materji,

    • il-politika letterarja bħala parti minn politika kulturali usa';
    • ir-rwol tal-kultura fir-relazzjonijiet esterni tal-UE;
    • ir-rwol tal-organizzazzjonijiet indipendenti fl-isfera kulturali internazjonali;
    • ir-riżorsi tal-informazzjoni;
    • il-mobilità għall-professjonisti tal-letteratura.

    Huma ħadmu wkoll biex jistabbilixxu ċentru Ewro-Mediterran tat-Traduzzjoni u l-Iskambju tal-Litteratura f'Malta.

    Aqra l-blogg tal-konferenza fuq http://euromedlit.wordpress.com

    Ritratti: http://euromedlit.wordpress.com/2013/04/05/the-discussions/

    L-aħħar aġġornament: 24/04/2013  |Fuq