Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Over 300,000 counterfeit euro banknotes in second half of 2011
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

24/01/2012 15:52:09

Fit-tieni nofs tal-2012 tneħħa miċ-ċirkolazzjoni total ta' 310,000 karta tal-flus tal-ewro foloz. Dan ifisser li l-kwantità globali ta' flus foloz li tneħħew miċ-ċirkolazzjoni fl-2011 kienet 19.3% inqas meta mqabbel maċ-ċifri għall-2012. Fl-istess waqt, kien hemm żieda ta' 4.7% f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwantità li tneħħiet fit-tieni nofs tal-2011 meta mqabbel mas-sitt xhur preċedenti.

    Meta mqabbla mal-għadd ta' karti tal-flus tal-ewro ġenwini fiċ-ċirkolazzjoni (medja ta' 14.4 biljun matul it-tieni nofs tal-2011), il-proporzjoni tal-flus foloz għadha vera baxxa..

    Madankollu, is-Sistema tal-ewro – jiġifieri l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u s-17-il bank ċentrali nazzjonali taż-żona tal-ewro - tibqa' tagħti parir lill-pubbliku li jibqa' attent fir-rigward tal-karti tal-flus li jirċievu waqt tranżazjonijiet bil-kontanti. Il-karti ġenwini tista' tagħrafhom b'mod faċli jekk tuża t-test sempliċi ta' "ĦOSS-ĦARES-MEJJEL" deskritt fil-paġni tal-ewro tas-sit tal-BĊE u s-siti tal-banek ċentrali nazzjonali tas-Sistema tal-ewro. Madankollu, f'każ ta' dubju, karta suspettata trid titqabbel ma' karta li taf li hi ġenwina. Jekk xi ħadd jissuspetta li jaf irċieva karta falza għandu jikkuntattja jew il-pulizija inkella - fejn tippermetti l-prassi nazzjonali - il-bank ċentrali nazzjonali rilevanti.

    Il-karti tal-€20 u l-€50 għadhom dawk li l-iktar li huma ffasifikati. Matul is-sitt xhur li għaddew, il-proporzjoni tal-karti foloz tal-€20 banknotes żdiedet u l-proporzjoni tal-karti foloz tal-€50 naqset. Iż-żewġ denominazzjonijiet l-aktar falsifikati flimkien kienu jagħmlu 80.0% tat-total matul it-tieni nofs tal-2011. It-tielet denominazzjoni l-iktar falsifikata u li tgħodd għal 16.0 % tat-total hija dik tal-€100. Il-proporzjoni tad-denominazzjonijiet l-oħra (€5, €10, €200 and €500) hija vermanet baxxa.

    Il-maġġoranza (97.5%) tal-karti foloz li ġew irkuprati fit-tieni nofs tal-2011 instabu fiż-żona tal-ewro, u kienu biss 2.0% li nstabu fi Stati Membri tal-UE li ma jagħmlux parti miż-żona tal-ewro u 0.5% nstabu f'partijiet oħra tad-dinja.

    Is-Sistema tal-ewro tinvesti sforz konsiderevoli biex tiżgura li l-pubbliku jkun infurmat tajjeb dwar kif jagħraf karta tal-flus falza u, għal dawk li xogħolhom jinvolvi l-flus kontanti, li l-makkinarju li jieħu ħsieb il-karti u li jipproċessahom jista' jidentifika b'mod attendibbli l-foloz u jirtirahom miċ-ċirkolazzjoni.

    Bħala regola, għandek tinforma lill-pulizija minnufih jekk tirċievi flus foloz għaliex li tuża l-flus foloz huwa illegali bl-istess mod daqs li timmanifatturahom. Il-flus foloz ma humiex eleġibbli biex jinbidlu.

    L-Artikolu 50 (1) tal-Att tal-Bank Ċentrali ta' Malta jobbliga kull persuna f'pussess ta' kwalunkwe karta jew munita tal-flus falza, jew li hija suspettata li hija falza, li tneħħija miċ-ċirkolazzjoni u toħodha mill-ewwel il-Bank.

    Aktar informazzjoni fuq  http://www.centralbankmalta.org/site/counterfeit.html

    Il-kontenut fundamentali:
    http://www.ecb.europa.eu/press/pr/date/2012/html/pr120116.en.html

    L-aħħar aġġornament: 25/01/2012  |Fuq