Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

L-Ambjent: Uża l-ilma tiegħek b'mod aktar għaqli bl-għajnuna ta' Walter il-Manijaku tal-Ilma
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

22/05/2012 16:19:16

Illum, il-Kummissjoni Ewropea nediet vidjo virali bħala parti mill-kampanja "Generation Awake!", li twissi lill-konsumaturi dwar il-perikli tal-użanzi ta' konsum insostenibbli. Il-vidjo għandu bħala protagonist lil Walter il-Manijaku tal-Ilma, barmil nevrotiku li jindirizza t-tema tal-użu eċċessiv tal-ilma.

    Il-vidjo huwa kkollegat mas-sit elettroniku Generation Awake, sit elettroniku multilingwistiku li għandu l-iskop li jġiegħel liċ-ċittadini jaħsbu dwar id-drawwiet tal-konsum tagħhom, u jgħinhom ibiddlu l-imġiba tagħhom sabiex jgħixu b'mod aktar sostenibbli.

    Għadd ta' attivitajiet oħra se jkunu mnedija wkoll din is-sena bħala parti mill-kampanja, inkluża taqsima ġdida fuq is-sit elettroniku li tagħti ħarsa lejn l-impronta tal-ilma ta' prodotti bħall-jeans, il-ħambergers jew il-birra. F'Settembru tal-2012 se tiġi mnedija kompetizzjoni tal-vidjos miftuħa għall-pubbliku, u fil-bidu tal-ħarifa se jiġu organizzati avvenimenti diretti fl-Italja, fil-Pajjiżi l-Baxxi, fir-Rumanija u fi Spanja biex jispiraw lin-nies u jwasslu għal tibdil fl-imġiba.


    Sfond
    Generation Awake hija l-kampanja tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-użu effiċjenti tar-riżorsi. L-għan tagħha hu li tqajjem kuxjenza dwar il-konsegwenzi ambjentali, ekonomiċi, soċjali u personali tal-użu insostenibbli tar-riżorsi, u biex twassal għal bidliet fl-użanzi u fl-imġiba tal-konsum. Fl-aħħar mill-aħħar, l-iskop huwa li ċ-ċittadini jiġu megħjuna biex bħala rutina jiżviluppaw rifless responsabbli ta' konsum.

    Sa mit-tnedija tiegħu f'Ottubru tal-2011, is-sit elettroniku tal-kampanja, li huwa disponibbli fit-23 lingwa tal-UE, iġġenera aktar minn 200 000 żjara tas-sit. Il-vidjo tal-kampanja rawh aktar minn miljun persuna u l-paġna fuq Facebook ġibdet qrib it-13 000 sostenitur. Il-kampanja kienet maħsuba speċifikament biex tindirizza liż-żgħażagħ u lill-familji żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea, mhux biss biex tqajjem fihom kuxjenza dwar l-importanza tal-użu effiċjenti tar-riżorsi iżda wkoll biex tħeġġiġhom ibiddlu d-drawwiet tagħhom.


    Għal iktar tagħrif ara:
    Aktar dettalji dwar is-sit elettroniku multilingwistiku tal-kampanja;
    Il-paġna tal-Kampanja fuq Facebook

    L-aħħar aġġornament: 22/05/2012  |Fuq