Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Il-President Barroso sodisfatt bir-rapport dwar l-aħjar prattika dwar it-tnaqqis tal-piż amministrattiv u jappella lill-Istati Membri biex jitgħallmu minn xulxin
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

21/02/2012 14:16:30

Illum il-President Barroso laqa' għandu lill-president tal-Grupp ta' Livell Għoli tal-Imsieħba Interessati Indipendenti dwar il-Piżijiet Ammistrattivi, Dr Edmund Stoiber, li għaddielu r-rapport tal-Grupp "L-Ewropa tista' tagħmel aktar" dwar l-aħjar prattika fl-Istati Membri biex jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-UE bl-aktar mod ħafif.

    Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, José Manuel Barroso, qal: "Nifraħ lill-Grupp taħt il-presidenza ta' Dr. Edmund Stoiber għal dan ir-rapport eċċellenti. Dan juri eżempji impressjonanti dwar kif l-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-liġi tal-UE b'mod intelliġenti sabiex l-effetti pożittivi ta' dan jistgħu jinħassu u ma jkunux imxekkla minn piż amministrattiv bla bżonn fil-livell nazzjonali. Nappella lill-Istati Membri biex jiflu dawn l-eżempji u jitgħallmu minnhom. Peremess ta' ispirazzjoni reċiproka dwar regolamentazzjoni intelliġenti nistgħu intejbu aktar l-ambjent tan-negozju u nappoġġjaw it-tkabbir u l-impjiegi fl-Ewropa."

    Il-Kummissjoni talbet rapport dwar l-aħjar prattika f'Awwissu tal-2010. Ir-rapport jelenka 74 eżempju tal-aħjar prattika - li jinkludu inizjattivi dwar e-government, dwar soluzzjonijiet intelliġenti b'mod partikolari għan-negozji ż-żgħar, involviment dirett tal-imsieħba interessati, gwida tajba u inizjattivi bejn il-pajjiżi.

    Ħareġ fid-deher li hemm ambitu wiesa' biex wieħed itejjeb l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Peress li kważi terz tal-piżijiet amministrattivi fuq in-negozji li ġejjin mil-leġiżlazzjoni tal-UE jinbtu minn implimentazzjoni nazzjonali ineffettiva tar-rekwiżiti tal-UE, hu vitali li wieħed inaqqas implimentazzjoni goffa bħal din biex titjieb il-ħajja tan-negozjanti u tingħata spinta lill-ekonomija u l-kompetittività tal-UE.

    Ir-rapport jinkludi wkoll lista ta' rakkomandazzjonijiet u tistieden lill-qarreja biex jikkummentaw.


    Kuntest
    Il-mira li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi għan-negozji fl-UE b'25% sal-2012 u l-Programm ta' Azzjoni korrispondenti kienu proposti mill-Kummissjoni f'Jannar tal-2007, u approvati mill-Kunsill Ewropew f'Marzu tal-2007. It-titjib fl-ambjent tan-negozju billi tinqata' l-burokrazija żejda hu objettiv konġunt li jista' jinkiseb biss fuq il-bażi ta' responsabbiltà kondiviża tal-Istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati Membri.

    Il-Kummissjoni Ewropea imxiet 'il quddiem sew bl-implimentazzjoni tal-Programm ta' Azzjoni. Il-Kummissjoni diġà pproponiet miżuri li jnaqqsu l-piżijiet aministrattivi sa 33% jew aktar minn EUR 40 biljun. Minn dan, il-Kunsill u l-Parlament sa issa adottaw miżuri li jammontaw għal tnaqqis ta' 22%.

    Bil-ftehim reċenti fuq miżuri li jnaqqsu l-burokrazija żejda fil-kontabilità għal aktar minn 5 miljun kumpanija żgħira ċ-ċifra totali ta' tnaqqis irċeviet imbuttatura oħra biex wieħed ikun jista' jilħaq il-mira li l-piżijiet amministrattivi jonqsu b'25% sal-2012.

    Il-Grupp ta' Livell Għoli dwar il-Piżijiet Amministrattivi, ippresedut minn Dr Edmund Stoiber, jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Programm ta' Azzjoni għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-UE mill-2008.


    Għal iktar tagħrif ara:
    Where does the EU stand on administrative burden reduction? Read MEMO/12/116
    Read the full report
    Read the brochure with selected examples
    Provide feedback on the report to SG-HLG-AB@ec.europa.eu
    Visit the Commission's website on smart regulation
    Visit the High Level Group's website

     

    L-aħħar aġġornament: 21/02/2012  |Fuq