Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Ħareġ ir-Rapport Ġenerali dwar l-Attivitajiet tal-Unjoni Ewropea 2011 - Issa anki f'verżjoni elettronika (e-book)
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

20/02/2012 12:38:54

Trid issir taf x'għamlet l-Unjoni Ewropea matul l-2011? X'deċiżjonijiet ħadet l-UE sabiex tiġġieled il-kriżi ekonomika u finanzjarja? X'sar sabiex it-tkabbir jingħata spinta 'l quddiem u sabiex jiġu mħarsa l-impjiegi? Kif l-Ewropej ibbenefikaw mill-Unjoni? X'kontribuzzjoni tat l-Unjoni fix-xena internazzjonali?

    Issa tista' ssib it-tweġibiet kollha fir-Rapport Ġenerali tal-2011. Ir-Rapport Ġenerali jiġi ppubblikat kull sena mill-Kummissjoni Ewropea, u jagħti rendikont tal-inizjattivi u l-kisbiet ewlenin tal-UE għal matul dik is-sena.

    It-test huwa maqsum f'ħames kapitli:

    • It-tisħiħ tal-governanza ekonomika fl-Unjoni Ewropea (miegħu ssib kronoloġija tal-avvenimenti ewlenin u d-deċiżjonijiet li ttieħdu f'dan il-qasam)
    • Tkabbir iktar b'saħħtu
    • Konċentrazzjoni akbar fuq iċ-ċittadini tal-UE
    • UE aktar b’saħħitha fid-dinja
    • It-tisħiħ tar-responsabbiltà, tal-effiċjenza u tat-trasparenza fl-UE


    Għall-ewwel darba r-Rapport huwa disponibbli wkoll f'verżjoni e-book sabiex jinqara bl-aħjar mod fuq mowbajls jew tablets. Sabiex tarah, jekk jogħġbok segwi l-link tal-EU Bookshop.

    Kopja stampata tar-rapport bil-kulur, li fih 178 paġna, tista' wkoll tiġi ordnata mill-EU Bookshop. L-istess japplika għar-rapporti tas-snin ta' qabel, mill-2000 sa llum. Flimkien dawn joffru ħarsa ġenerali vasta lejn l-attivitajiet, l-isfidi u l-kisbiet tal-UE matul is-snin.

     

    L-aħħar aġġornament: 20/02/2012  |Fuq