Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Il-ġlieda kontra l-Frodi: Ġew adottati programmi ġodda kontra l-frodi biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-UE sal-2020
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

19/12/2011 16:53:38

Il-Politika tal-UE Kontra l-Frodi toffri kontribut sostanzjali biex kull sena tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-baġits tal-UE u tal-Istati Membri.  Il-politika tiżgura li l-baġits tal-UE u dawk nazzjonali jkunu prottetti sew, li l-flus jintefqu għall-iskop intiż u jaslu għand il-benefiċjarji proprji.

    Brussell, id-19 ta’ Novembru 2011

    Sabiex il-Kummissjoni tkompli bil-ħidma tagħha f'dan il-qasam, illum adottat żewġ proposti għall-programmi Hercule III u Pericles 2020. B'baġit ta'EUR 110 miljun u EUR 7.7 miljun rispettivament, dawn il-programmi ser idumu seba' snin minn Jannar 2014.
    Algirdas Šemeta, il-Kummissarju għat-Tassazzjoni, id-Dwana, l-Awditjar u l-Ġlieda kontra l-Frodi, qal: "Il-frodi kontra l-bagit tal-UE mhumiex reat mingħajr vittmi. Jikkonċerna liċ-ċittadini Ewropej kollha għaliex jintmiss il-but ta' kulħadd. Peress li l-UE tinsab fil-qalba ta' kriżi finanzjarja globali, huwa ta' importanza partikolari li nipproteġu d-dħul tagħna u niżguraw li ċ-ċittadini tagħna jibbenefikaw kemm jista' jkun mill-fondi tal-UE."

    Hercule III
    Il-programm Hercule III huwa ddedikat għall-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjari tal-UE. Dan il-programm jiffoka b'mod partikolari fuq il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni, permezz tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, u istituzzjonijiet u entitajiet Ewropej oħrajn.

    Il-programm għandu l-għan li jiżgura protezzjoni ndaqs fl-Istati Membri u fl-istituzzjonijiet, l-entitajiet u l-aġenziji kollha tal-UE. L-azzjonijiet ipprovduti taħt il-programm Hercule III jinkludu: appoġġ tekniku u operazzjonali lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri fil-ġlieda tagħhom kontra attivitajiet transkonfinali illegali, u attivitajiet ta' taħriġ professjonali.

    Il-programm Hercule preċedenti kiseb riżultati importanti bħal pereżempju 70 proġett ta' assistenza teknika li ffinanzjaw ix-xiri ta' tagħmir tekniku sofistikat għall-aġenziji tal-infurzar tal-liġi li qed jiġġieldu kontra l-frodi, kif ukoll taħriġ fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi għal aktar minn 5 300 ħaddiem tal-infurzar tal-liġi.

    Pericles 2020
    Il-programm Pericles 2020 huwa programm ta' skambju, assistenza u taħriġ biex tisaħħaħ il-protezzjoni tal-karti u l-muniti tal-ewro fl-Ewropa u madwar id-dinja kollha.
    Il-proġetti ffinanzjati taħt il-programm Pericles jinkludu fost l-oħrajn, seminar dwar l-“Istrateġija Komuni għall-protezzjoni tal-ewro fiż-żona tal-Mediterran", kors ta' taħriġ dwar il-falsifikazzjoni tal-flus fl-Amerika Latina u għadd ta' skambji tal-persunal bejn l-awtoritajiet fl-UE u barra minnha.

    Il-passi li jmiss
    L-abbozzi tar-Regolamenti ser jiġu diskussi mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew, bil-ħsieb li jiġu adottati sal-aħħar tal-2012, sabiex il-programm il-ġdid ikun jista’ jibda fl-1 ta’ Jannar 2014.
    In-negozjati dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali għall-baġit kollu tal-UE ser ikomplu b'mod parallel (ara MEMO/11/468)

    Għal aktar tagħrif dwar Hercule III u Pericles 2014-2020
    MEMO/11/921
    Għat-testi leġiżlattivi 

    L-aħħar aġġornament: 19/12/2011  |Fuq