Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

European Single Market: Discerning the Opportunities and Challenges for Maltese Business
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

17/10/2012 12:49:12

Nhar it-Tlieta 16 ta' Ottubeu, il-Malta Business Bureau (MBB) u l-Uffiċċju tar-Rappreżentanza f'Malta organizzaw konferenza ta' nofstanhar bl-isem ‘Is-Suq Uniku Ewropew: Nagħrblu l-Opportunitajiet u l-Isfidi għan-Negozju Malti'. Din kienet qed tgaħmel parti minn serje ta' attivitajiet organizzati f'Malta bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tas-Suq Uniku Ewropew li qed isiru fl-Ewropa. Martin Bugelli, il-Kap tal-Uffiċċju tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni f'Malta għamel diskors tal-ftuħ fejn enfasizza l-importanza tar-rwol tal-imsieħba tan-negozju fil-ħidma tas-Suq Uniku.

    Il-Kummissjoni Ewropea kienet rappreżentata wkoll minn Charmaine Hogan mid-Direttorat Ġenerali responsabbli mis-Suq Uniku, li ħadet sehem f'diskussjoni fuq bord dwar kif għandhom jiġu indirizzati l-isfidi u jinħatfu l-opportunitajiet tas-suq uniku u li ppreżentat ukoll l-intenzjonijiet tal-Kummissjon dwar il-futur tas-Suq Uniku.

    Waqt il-konferenza tnediet pubblikazzjoni tal-MBB publication bl-isem 'Niċċelebraw 20 sena tas-Suq Uniku Ewropew - xi jfisser għan-Negozju Malti' li ġiet iffinanzjata mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea. Il-pubblikazzjoni tagħti sommarju tar-riżultati ta' sondaġġ li twettaq permezz ta' studji ffukati u tippreżenta għadd ta' rakkomandazzjonijiet. Hija ssemmi l-isfidi li tiltaqa' magħhom Malta minħabba d-daqs u l-insularità tagħha, u tesplora soluzzjonijiet relatati mad-diversifikazzjoni, il-flessibilità tal-kumpaniji Maltin, l-implimentazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tal-UE, u l-għarfien miżjud tan-negozju, fost affarijiet oħrajn.

    Panil magħmul minn rappreżentanti tal-Kamra tal-Kummerċ ta' Malta, l-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti ta' Malta, u l-Kummissjoni Ewropea, iddiskuta s-sejbiet tas-sondaġġ li semmejna. L-ekonomista Gordon Cordina ġabar fil-qosor b'mod tajjeb ħafna meta qal li "is-Suq Uniku ma għandux ifisser omoġeniċità - is-swieq jaħdmu tajje meta jkun hemm diversifikazzjoni u huwa hawn fejn jeżistu l-opportunitajiet għan-negozji Maltin!"

    Sadanittant kienu għaddejjin erba' workshops fir-rigward tal-importazzjoni, l-industrija tad-distribuzzjoni u l-bejgħ bl-imnut, is-servizzi u l-industrija tat-turiżmu u l-ospitalità biex jiġu żviluppati rakkomandazzjonijie għas-Suq Uniku fil-futur.

    Charmaine Hogan, minn DG Markt ippreżentat l-aġenda tal-Kummissjoni Ewropea għall-futur tas-Suq Uniku. Hija qalet li l-Kummissjoni rċeviet aktar minn 260 tweġiba għall-konsultazzjoni pubblika tagħha fir-rigward tal-futur tas-Suq Uniku. Ġew identifikati erba' muturi ewlenin għat-tkabbir:

    • Fully integrated networks (transport, energy),
    • Mobility of citizens and business,
    • The digital economy,
    • Social entrepreneurship, cohesion, consumer confidence.

    Hija qalet li l-Kummissjoni biħsiebha tiskeda l-proposti tal-Att II tas-Suq Uniku għall-azzjonijiet leġiżlattivi ewlenin kollha sar-rebbiegħa tal-2013 u dawk għal azjzjonijiet mhux leġiżlattivi sal-aħħar tal-2013.

    For some pictures of the event, click here.  

    L-aħħar aġġornament: 17/10/2012  |Fuq