Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Is-Saħħa u l-Politika tal-Konsumatur - Il-Kummissarju tal-UE Dalli jħares lura lejn l-2011 u jiddeskrivi fil-qosor l-isfidi għall-2012
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

18/01/2012 11:30:33

Ilum il-Kummissarju tal-UE John Dalli ta ħarsa ġenerali tal-attivitajiet relatati mal-portafolll tiegħu matul l-20122. Il-preżentazzjoni laqtet l-aspetti kollha tas-Saħħa u l-Politika tal-Konsumatur tal-UE. Minkejja l-isfidi li l-Ewropa għaddiet minnhom, ix-xogħol baqa' għaddej ġmielu f'dan il-qasam u nkiseb għadd ta' riżultati maġġuri.

    Is-Saħħa u l-Politika tal-Konsumatur - Il-Kummissarju tal-UE Dalli jħares lura lejn l-2011 u jiddeskrivi fil-qosor l-isfidi għall-2012

    Fis-settur tas-saħħa, il-Kummissjoni Ewropea tiffoka fuq il-benesseri minflok fuq il-mard. Il-qofol għas-sostenibilità tas-saħħa fil-futur huwa li nżommu lin-nies f'saħħithom u 'l bogħod mill-isptar. Għalhekk, iridu jiġu żviluppati u promossi l-politiki li jagħtu spinta lin-nies lejn stil ta' ħajja li jżommhom f'saħħithom.

    Fil-politika tal-konsumatur l-enfasi ssir fuq li dak li jkun jisseddaq bis-setgħa aktar milli jiġi protett. Il-konsumaturi għandhom ikunu proattivi, speċjalment hekk kif is-suq uniku jiżviluppa aktar. Dan iseħħ permezz tal-informazzjoni u d-dritt ta' riparazzjoni.

    Commissioner John Dalli 16.01.2012Din is-sena se tkun waħda mimlija, u hemm għad ta' proposti skedati fix-xhur li ġejjin. Dawn jinkludu Strateġija tal-Benesseri tal-Annimali, li se tiġi ppreżentata din il-ġimgħa.

    Ir-reviżjonijiet li se jsiru dalwaqt tad-Direttiva tat-Tagħmir Mediku u d-Direttiva tal-Provi Mediċi huma sinjal ieħor li "is-sikurezza tal-pazjenti" hija fil-qalba tal-politiki tal-Kummissjoni. Il-kontroversja ta' dan l-aħħar tal-implants tas-sider turi li l-UE trid tibqa' viġilanti u trid dejjem tirreaġixxi meta tinqala' sitwazzjoni inaċċettabbli bħal din.

    Il-Kummissjoni Ewropea se tippromwovi wkoll l-Aġenda tal-Konsumatur, li hija sforz konġunt mal-Viċi President Reding. L-Aġenda se tipprovdi strateġija integrata għall-politika tal-konsumatur biex tiżgura li l-interessi tal-konsumaturi jiġu inklużi fil-politiki rilevanti kollha tal-UE.
     
    Fl-aħħar nett, fit-tieni nofs tas-sena se tiġi ppreżentata Direttiva ġdida dwar il-Prodotti tat-Tabakk, żvilupp li huwa mistenni bil-ħerqa mill-NGOs u l-partijiet interessati, inkluża l-industrija. Il-proposta se tindirizza kwistjonijiet kruċjali bħal ħwawar, addittivi, punti ta' bejgħ u naturalment l-imballaġġ.


     

    L-aħħar aġġornament: 03/02/2012  |Fuq