Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Europe – My Business: Attività mal-istudenti dwar l-intraprenditorija
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

16/10/2012 10:35:29

Mal-75 student minn diversi skejjel tal-Form 1, ipparteċipaw f'attività organizzata mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea flimkien ma' Junior Achievement – Young Enterprise Malta. Din kienet waħda minn sensiela ta' attivitajiet biex tiġi mfakkra Ġimgħa tas-Suq Wieħed, f'għeluq l-20 sena anniversarju mit-twaqqif tas-Suq Waħdieni tal-UE.

    Fiha ġiet imnedija wkoll pubblikazzjoni għall-istudenti, kif ukoll manwal għall-għalliema, li għandha sservi biex tiffaċilita attivitajiet fil-klassi marbuta mal-intraprenditorija.

    F'workshops apposta l-istudenti setgħu jiffokaw fuq aspetti differenti tan-negozju. Huma kellhom l-opportunità li jitgħallmu dwar l-opportunitajiet u l-obbligi marbuta man-negozju filwaqt li semgħu wkoll stejjer ta’ suċċess minn negozjanti Maltin li rnexxielhom iwasslu n-negozju tagħhom minn sempliċiment idea għar-realtà. L-għan tal-attivita li saret llum, kienet primarjament li tesponi lill-istudenti għad-dinja tal-intrapriża, sabiex jitrawwem fihom is-sens ta’ negozju.

    F'kelmtejn tal-ftuħ, il-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Zgħar u l-Konsumatur Jason Azzopardi saħaq li "l-futur tal-intraprenditorija jitfassal fuq l-ideat, l-innovazzjoni u l-kreazzjoni ta' dawk li se jkunu l-intraprendituri ta’ għada." 

    Il-Ministru semma fost l-oħrajn l-iskema Entrepreneurship through Education,li permezz tagħha ġew allokati €100,000 għal kull sena  għad-dispożizzjoni tal-iskejjel pubbliċi, privati u tal-Knisja biex dawn joħolqu proġetti u inizjattivi dwar l-intraprenditorija.

     

    L-aħħar aġġornament: 16/10/2012  |Fuq