Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

L-istudenti juruna t-triq u jippromwovu Natura 2000
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

16/05/2013 16:46:21

Fil-15 ta' Mejju, 30 student mill-Kulleġġ ta' Santa Tereża tal-Iskola Sekondarja tal-Imrieħel, irċevew premji bħala rikonoxximent tal-kontribut tagħhom għall-protezzjoni tal-bijodiversità fil-gżejjer Maltin. 

    L-istudenti, li għandhom 12-il sena, kollha kemm huma nħatru bħala r-Rangers ta' Dinja Waħda bħala parti minn programm bi prova għall-programm edukattiv ambjentali għall-iskejjel sekondarji tal-BirdLife Malta - Dinja Waħda, li issa jinsab fit-tieni sena tiegħu.

    Iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni saret il-Buskett, wara attività li fiha l-istudenti mexxew lill-ospiti inkluż il-Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewrope f'Malta Martin Bugelli, u ħaduhom fuq “tour tal-bijodiversità'” madwar is-sit tal-Buskett-Girgenti Natura 2000.

    Matul ir-rotta, li ħadet lill-viżitaturi minn ġewwa iż-żona “Woodland Garden” tal-Buskett, ir-Rangers tkellmu mal-viżitaturi dwar it-tipi differenti ta' abitati li jinstabu f'dan is-sit. Kull Ranger għamlet preżentazzjoni qasira dwar l-aspetti differenti tas-sit u l-bijodiversita' tiegħu, u tat lill-udjenza fuljetti ta' informazzjoni.

     

       

     

    L-aħħar aġġornament: 20/05/2013  |Fuq