Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

L-UE titlob liċ-ċittadini tagħha biex jistipulaw l-aġenda tal-ġejjieni
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

14/05/2012 10:47:31

Id-data tad-9 ta' Mejju kienet Jum l-Ewropa u kienet aktar minn sempliċement ċelebrazzjoni għaċ-ċittadini għaliex il-Kummissjoni Ewropea appellat liċ-ċittadini kollha madwar l-Unjoni Ewropea kollha biex jgħinuha tistipula l-aġenda politika għas-snin li ġejjin u jiffurmaw il-ġejjieni tal-Ewropa fl-ikbar konsultazzjoni pubblika tal-UE li qatt saret s'issa dwar id-drittijiet taċ-ċittadini.

    Il-konsultazzjoni se tkun miftuħa erba' xhur, jiġifieri sad-9 ta' Settembru 2012, u f'dan iż-żmien il-pubbliku se jistaqsuh dwar l-ostakli li jiffaċċja meta jkun qed jeżerċita d-drittijiet tiegħu bħala ċittadin tal-UE, sew jekk waqt li jkun qed jivvjaġġa fl-Ewropa, sew meta jkun qed jivvuta jew joħroġ għall-elezzjonijiet u sew jekk ikun qed jixtri minn fuq l-internet.

    Il-konsultazzjoni pubblika se ssir qabel is-Sena Ewropea għaċ-Ċittadini 2013. Il-kontribut li jasal mill-pubbliku se jalimenta direttament l-aġenda tal-politika tal-Kummissjoni u jifforma l-bażi għar-Rapport taċ-Ċittadinanza tal-UE 2013, li se jiġi ppreżentat eżattament fi zmien sena: fod-9 ta' Mejju 2013.

    Il-Viċi President Viviane Reding, l-ewwel Kummissarju tal-UE għaċ-Ċittadinanza qalet "Għoxrin sena wara li ħloqna ċ-ċittadinanza tal-UE fil-lokalità konfinali ċkejkna, irridu nirrivitalizzaw il-proġett Ewropew - u rridu nagħmlu dan bl-għajnuna diretta taċ-ċittadini. L-Unjoni Ewropea qiegħda hemm grazzi għaċ-ċittadini tagħha u biex isservihom. In-nies jistennew riżultati konkreti mill-Ewropa u bis-saħħa ta' inqas spejjeż tar-roaming, drittijiet aqwa għall-vitmi tar-reati u xiri eħfef minn fuq l-internet għall-konsumaturi, dan huwa proprju li qed inwettqu. Il-kontribut dirett taċ-ċittadini se jgħinna nkomplu nagħmlu xogħolna - u biex nagħmluh aħjar fil-ġejjieni. Nappella lil kulħadd - qatta' ftit minuti biex taqsam il-perspettiva tiegħek magħna: dan jikkonċerna drittijietek u l-ġejjieni tiegħek."

    Il-Kummissjoni Ewropea adottat l-ewwel Rapport taċ-Ċittadinanza tal-UE fl-2012 b'lista ta' 25 azzjoni konkreta biex tindirizza problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom iċ-ċittadini tal-UE meta jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom. Minn dak iż-żmien 'il hawn il-Kummissjoni ħadmet biex twettaq dak li wiegħdet billi:

    • Issaħħaħ id-drittijiet ta' madwar 75 miljun vittma tar-reati fis-sena madwar l-UE kollha

    • Tqaċċat il-burokrazija żejda għal 3.5 miljun ruħ madwar l-UE li jirreġistraw karozza f'pajjiż ieħor tal-UE kull sena, bi tfaddil ta' €1.5 biljun

    • Tipprojbixxi spejjeż supplementari tal-credit cards u kaxxi li jitilgħu awtomatikament qisek għażilthom int meta tkun qed tixtri minn fuq l-Internet

    • Issaħħaħ mill-ġdid id-drittijiet ta' proċess tribunali ġust għaċ-ċittadini kollha tal-UE, li jaffettwa madwar 8 miljun proċediment fis-sena

    • Tiċċara d-drittijiet tal-proprjetà għas-16-il miljun koppja internazzjonali tal-Ewropa

    Tista' tara l-progress li sar s'issa hawnhekk

    http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/reding/factsheets/index_en.htm.

    Il-Kummissjoni tixtieq li tisma' b'ideat kif ukoll bi problemi li ċ-ċittadini jistgħu jiffaċċjaw meta jkunu qed jiċċaqalqu minn post għall-ieħor fi ħadn l-UE, kemm jekk fuq xogħol, studju inkella vaganza, meta jkunu qed jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom elettorali inkella d-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi. Iċ-ċittadini, x''tip ta' Unjoni Ewropea jixtiequ jaraw sal-2020?

    Matul l-erba' xhur li ġejjin (mid-9 ta' Mejju sad-9 ta' Settembru 2012), tista' timla kwestjonarju żgħir minn fuq l-internet:

    http://ec.europa.eu/your-rights-your-future

    L-aħħar aġġornament: 14/05/2012  |Fuq