Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Iċ-Ċerimonja tal-Premjazzjoni tal-Juvenes Translatores
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

11/04/2013 14:54:22

Janice Valentina Bonnici li tattendi l-Junior College tal-Imsida, flimkien ma' 26 rebbieħa oħra tal-kompetizzjoni annwali tal-Kummissjoni Juvenes Translatores ingħatat trofew minn Androulla Vassiliou, il-Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ fi Brussell.

    Daħlu għall-kompetizzjoni 'l fuq minn 3 000 student fl-età ta' 17-il sena, minn skejjel f'kull Stat Membru. Kollha kellhom sagħtejn biex jittraduċu test minn ligwa uffiċjali li jagħżlu huma għall-waħda mill-bqija tat-22 lingwa uffiċjali. It-testi ġew ikkoreġuti mit-tradutturi tal-Kummissjoni u ntgħażelet persuna rebbieħa waħda minn kull Stat Membru. Iċ-ċerimonja tal-Premjazzjoni saret quddiem il-bini tal-Kummissjoni ta' Charlemagne fil-11 ta' filgħodu. Fis-2:30 ta' wara nofsinhar ir-rebbieħa kollha nġabru quddiem il-Berlaymont għal ritratt tal-grupp.

    Fost il-mistiedna speċjali għaċ-ċerimonja kien hemm ir-rebbieħa ta' kompetizzjoni tat-traduzzjoni separata li hija tal-istudenti tal-università tat-Turkija, ispirata mill-Juvenes Translatores.

    Iċ-ċerimonja tal-Juvenes Translatores setgħet tiġi segwita live fuq ec.europa.eu/translatores . Biex issir taf iżjed mur fuq : Contest website , Facebook page Twitter: @translatores , Blog for teachers , DG Translation , Commissioner Vassiliou's website , Twitter @VassiliouEU

     

    L-aħħar aġġornament: 11/04/2013  |Fuq