Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Tneghdija tal-Gimgha ddedikata ghas-Suq Uniku Ewropew
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

09/10/2012 15:22:28

Waqt konferenza stampa f'Dar l-Ewropa, Martin Bugelli, Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea, flimkien mal-Onorevoli Jason Azzopardi, Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, l-Intrapriżi ż-Żgħar u l-Konsumaturi varaw il-Ġimgħa tas-Suq Uniku Ewropew bejn il-15 u l-20 ta' Ottubru 2012 fl-okkażjoni tal-20 anniversarju tiegħu.

    Tneghdija tal-Gimgha ddedikata ghas-Suq Uniku Ewropew

    Is-Sur Bugelli qal li s-Suq Uniku Ewropew huwa pilastru fundamentali għall-futur tat-tkabbir ekonomiku Ewropew, u li dan l-anniversarju huwa opportunità ideali biex issir riflessjoni dwar il-kisbiet li saru minn mindu nħoloq, u riflessjoni dwar l-isfidi li għad iridu jintrikbu biex jiġi sfruttat il-potenzjal kollu li joħloq tkabbir ġdid.

    Fl-Istati Membri kollha se jsiru diversi attivitajiet biex jiċċelebraw l-għoxrin anniversarju u f'Malta se ssir fiera tal-intrapriżi ż-żgħar fi Pjazza Assedju l-Kbir il-Belt, u dibattitu pubbliku li se jieħu sehem fih bħalal l-kelliem ewlieni, il-Membru Parlamentari Ewropew Louis Grech. Dan se jsir f'Dar l-Ewropa nhar is-Sibt, 20 ta' Ottubru 2012.


    L-aħħar aġġornament: 12/10/2012  |Fuq