Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Antonio Tajani fuq żjara uffiċjali f'Malta fl-4 u l-5 ta' Marzu
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

07/03/2012 11:56:19

Fl-4 ta' Marzu wasal Malta fuq żjara uffiċjali l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, responsabbli mill-Industrija u l-Intraprenditorija, Antonio Tajani.

Wara li żar is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa, Tajani ħa sehem f'Quddiesa Solenni ċċelebrata mill-E.T. l-Arċisqof ta' Malta Pawlu Cremona, fil-Konkatidral ta' San Ġwann. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni inxtegħelt il-Fjakkola Benedittina.

    Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Antonio Tajani fuq żjara uffiċjali f'Malta fl-4 u l-5 ta' Marzu

    Dis is-sena kien imiss lil Malta li tieħu sehem f'dan ir-ritwal li ilu jsir kull sena mill-1964 b'purċissjoni li titlaq minn post differenti fl-Ewropa u tasal f'Monte Cassino fejn hemm ir-relikwa ta' San Benedittu. Qabel ma tasal Monte Cassino, fl-14 ta' Marzu, il-Papa Benedittu se jbirikha fil-Vatikan. F'Malta l-fjakkola nżammet fil-Palazz tal-President, fejn tawha t-tislima tagħhom il-Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-Viċi President Tajani.

    Fl-5 ta' Marzu Tajani ħa sehem f'seminar dwar it-tkabbir organizzat mill-Malta Business Bureau flimkien mal-Ministru tal-Finanzi u l-Ekonomija Tonio Fenech, il-Ministru tal-Kompetizzjoni u l-SMEs Jason Azzopardi u l-Ministru tat-Turiżmu u l-Ambjent Mario De Marco. Tajani kien il-kelliem ewlieni u għamel diskors dwar il-politika industrijali tal-Ewropa, il-mutur tal-innovazzjoni u l-kompetizzjoni, u tkellem ukoll fil-bords tat-turiżmu u netwerks tal-innovazzjoni u l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs. Waqt l-intervent tiegħu, il-Viċi President Tajani qal li "Għandna emerġenza reali fit-tkabbir u l-Ewropa trid tagħraf tirreaġixxi għaliha b'mod adattat. Kif ikkonferma l-aħħar Kunsill Ewropew, irid ikollna ambjent aħjar tan-negozju għall-SMEs u rridu neliminaw il-burokrazija filwaqt li ntejbu l-aċċess għas-swieq u nagħtu spinta l-innovazzjoni industrijali f'setturi li għandhom potenzjal kbir, kemm mil-lat ta' effiċjenza tar-riżorsi, kif ukoll mil-lat ta' teknoloġija fundamentali u spazju. Għandna nappoġġjaw in-netwerks permezz tal-universitajiet u ċ-ċentri tar-riċerka biex b'hekk flimkien mal-SMEs tinħoloq massa kritika u nieħdu sehem fil-proċess ta' innovazzjoni u internazzjonalizzazzjoni ".

    Biex tara aktar ritratti taż-żjara, agħti ħarsa lejn it-taqsima tar-ritratti fuq il-paġna l-ġdida tagħna tal-Facebook.

     

    L-aħħar aġġornament: 16/03/2012  |Fuq