|
1. L-ACTA se jillimita l-aċċess għall-internet u se jiċċensura l-websajts.
Aqra t-test tal-Ftehim tal-ACTA - fl-ACTA ma hemm l-ebda paragrafu li jagħti x'jifhem dan. L-ACTA għandu x'jaqsam ma' attivitajiet illegali fuq skala kbira, li spiss isiru minn organizzazzjonijiet kriminali. M'għandux x'jaqsam ma' kif in-nies jużaw l-internet fil-ħajja ta' kuljum tagħhom. Dawk li jużaw l-internet jistgħu jibqgħu jużawh biex ipartu materjal u tagħrif mhux ikkupjat fuq il-web. L-ACTA mhux se jillimita d-drittijiet tan-nies fuq l-internet u lanqas ma hu se jagħlaq websajts, kontra għall-proposti diskussi fl-Istati Uniti (SOPA u PIPA).
2. L-ACTA se jwassal biex il-laptops tal-passiġġieri tal-ajru jiġu ċċekkjati malfruntieri u jsir kontroll fuq it-traffiku fuq l-internet.
Ir-rispett lejn id-drittijiet fundamentali bħall-privatezza, il-libertà tal-espressjoni u lprotezzjoni tad-dejta huma msemmija esklussivament bħala prinċipju bażiku tal-ftehim. LACTA jsemmi wkoll speċifikament li l-vjaġġaturi huma eżenti mill-kontrolli jekk ikollhom xi oġġetti kontra l-liġi li ma jkollhomx natura kummerċjali u ma jkunux parti minn traffikar fuq skala kbira.
3. L-ACTA huwa ftehim sigriet. In-negozjati ma kinux trasparenti u saru "bil-bibien magħluqin". Il-Parlament Ewropew ma kienx infurmat b'kollox, il-partijiet interessati ma ġewx ikkonsultati.
It-test tal-ACTA huwa disponibbli għall-pubbliku kollu. In-negozjati għall-ACTA ma kinux differenti minn negozjati oħra dwar kull ftehim ieħor internazzjonali. Huwa fatt li ftehimiet bħal dawn ma jiġux negozjati fil-pubbliku, imma permezz tat-Trattat ta' Lisbona u l-Ftehim Qafas rivedut hemm regoli ċari dwar kif għandu jiġi infurmat il-Parlament Ewropew (PE) dwar negozjati kummerċjali bħal dawn. U dawn ġew segwiti b'mod rett ħafna. Il-Kummissarju tal-Kummerċ Karel De Gucht ipparteċipa fi tliet dibattiti plenarji, irrisponda ammont kbir ta' mistoqsijiet kemm bil-kitba u anke bil-fomm, kif ukoll għal żewġ Riżoluzzjonijiet u Dikjarazzjoni tal-PE, waqt li s-servizzi tal-Kummissjoni taw ħafna spjegazzjonijiet dwar dan lill-Membri tal-Parlament Ewropew (MEPs) waqt in-negozjati. Bl-istess mod, il-pubbliku kien infurmat mill-bidu tan-negozjati dwar l-għanijiet u ddirezzjoni ġenerali tan-negozjati. Il-Kummissjoni rrilaxxat rapporti sommarji wara kull rawnd ta' negozjati u t-test tan-negozjati minn April 2010 'l quddiem. Hija organizzat laqgħat għall-istampa u erba' konferenzi għall-partijiet interessati dwar l-ACTA, u waħda minnhom kienet saħansitra ftit ġranet biss qabel l-ewwel rawnd ta' negozjati. L-imsieħba tagħna fin-negozjati, pereżempju l-Istati Uniti, l-Isvizzera, l-Awstralja u l-Kanada, ħadu passi simili.
4. L-ACTA se jwassal għall-introduzzjoni ta' sistema ta' "3 strikes" għal ksur ta' regoli fuq l-internet, jew għal-ħtieġa biex il-providers tas-servizz tal-internet (ISPs) jiċċekkjaw jew jiffiltraw id-dejta li jittrażmettu.
L-ACTA ma jistipulax "3 strikes" jew sistema ta' "rispons gradwali" għal ksur tal-liġi fuq linternet. Lanqas ma jobbliga lil providers tas-servizzi tal-Internet (ISPs) li jiċċekkjaw jew jiffiltraw il-kontenut tal-utenti tagħhom. L-ACTA huwa konformi bis-sħiħ mal-liġi attwali tal-UE, li ilha fis-seħħ mill-2000 (Id-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku), u ma jibdel lebda paġna minnha.
5. L-ACTA mhux se jħalli lill-pajjiżi foqra jixtru mediċini rħas
Ma hemm l-ebda dispożizzjoni fl-ACTA li tista' taffettwa direttament jew indirettament ilkummerċ leġittimu ta' mediċini ġeneriċi jew, f'sens aktar wiesa', is-saħħa pubblika globali. Għall-kuntrarju, l-ACTA jirreferi espressament għad-Dikjarazzjoni ta' Doha dwar ilproprjetà intellettwali u s-saħħa pubblika. L-ACTA jeskludi wkoll il-privattivi tal-miżuri penali u dawk tal-fruntieri.
6. L-ACTA jiffavorixxi lil dawk li għandhom id-dritt tal-IP. L-ACTA jelimina lprotezzjoni u l-eċċezzjonijiet li jeżistu fil-liġi internazzjonali.
Għall-kuntrarju, l-ACTA ġie miktub b’termini flessibbli ħafna u jinkludi l-protezzjoni meħtieġa biex jippermetti lill-pajjiżi parteċipanti jsibu l-bilanċ bejn id-drittijiet u l-interessi kollha involuti, f'konformità mal-għanijiet ekonomiċi, politiċi u soċjali tagħhom, kif ukoll mat-tradizzjonijiet legali tagħhom. Il-protezzjoni u l-eċċezzjonijiet skont il-liġi tal-UE jew skont il-Ftehim TRIPs jibqgħu ppriservati kollha.
7. Id-dispożizzjonijiet tal-ACTA dwar l-infurzar tal-liġi kriminali tad-drittijiet talproprjetà intellettwali jeħtieġu leġiżlazzjoni addizzjonali fuq livell tal-UE.
Ma hemm l-ebda leġiżlazzjoni tal-UE dwar miżuri kriminali. Id-dispożizzjonijiet dwar linfurzar tal-liġi kriminali tal-ACTA ma jeħtiġux leġiżlazzjoni addizzjonali fuq livell tal-UE. Numru limitat ħafna ta' Stati Membri jistgħu jkollhom il-bżonn li jadattaw il-leġiżlazzjoni tagħhom relatata mal-infurzar tal-liġi kriminali biex taqbel mal-impenni li jkunu ħadu (l-ACTA huwa Ftehim ta' kompetenzi mħallta tal-Istati Membri tal-UE). Dan kien konfermat f'termini ċari ħafna minn żewġ Opinjonijiet tas-Servizz Legali tal-Palament Ewropew, tal-5 ta' Ottubru 2011 u tat-8 ta' Diċembru 2011, bi tweġiba għal mistoqsijiet mill-Kumitati INTA u JURI rispettivament.
8. L-ACTA jwassal għall-"armonizzazzjoni mill-bieb ta' wara". Studju ordnat millkumitat tal-Parlament Ewropew għall-Kummerċ Internazzjonali (INTA) lillakkademiċi jgħid li l-ACTA se jitlob tidbiliet fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar linfurzar u/jew fil-liġijiet nazzjonali.
Id-dispożizzjonijiet tal-ACTA huma kompatibbli mal-liġi eżistenti tal-UE. L-ACTA mhux se jitlob xi reviżjoni jew adattament tal-liġi tal-UE u mhux se jitlob lill-Istati Membri jirrevedu lmiżuri jew l-istrumenti li bihom huma japplikaw il-liġi tal-UE rilevanti. L-ACTA huwa wkoll konformi mal-liġi internazzjonali, b'mod partikolari mal-Ftehim tad-WTO dwar l-Aspetti Relatati mal-Kummerċ ta’ Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali (TRIPS). L-istudju tal-INTA ma jurix xhieda ta' xi sitwazzjoni konkreta fejn l-ACTA jista' jikkontradixxi, jirrevoka jew jeħtieġ il-modifikazzjoni ta' xi dispożizzjoni li tinsab fil-leġiżlazzjoni tal-UE. Dan kien ikkonfermat f'termini ċari ħafna miż-żewġ Opinjonijiet tas-Servizz Legali tal-Parlament Ewropew imsemmija hawn fuq. Biex issir taf aktar fittex hawn .
9. L-ACTA kien innegozjat bħala ftehim waħdu biex jiġi evitat li jkun innegozjat f'forum inklussiv multilaterali, bħall-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) jew l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO).
Il-Kummissjoni kienet tippreferi tindirizza l-problemi tal-infurzar tal-IPR fid-WTO jew fid-WIPO, u għamlet diversi proposti għal dan l-għan. Il-punt huwa li ċerti Membri oħra ta' dawn l-organizzazzjonijiet kienu kontra kull dibattitu ta' infurzar hemmhekk. L-ACTA jistabbilixxi standards internazzjonali tal-IPR, u iktar pajjiżi huma mistiedna li jingħaqdu ma' dan it-trattat multilaterali.
10. L-UE se timponi d-dispożizzjonijiet tal-ACTA fuq pajjiżi terzi permezz talinkorporazzjoni tad-dispożizzjonijiet tagħha fil-ftehimiet tal-kummerċ ħieles.
Ma hemm l-ebda intenzjoni li jseħħ dan, u dan lanqas ma kien propost fin-negozjati talkummerċ bilaterali li saru mill-UE.
Għal aktar tagħrif
|