Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Il-Jum għal Internet aktar Sikur 2012 jenfasizza l-ħtieġa ta' Internet aktar sikur għat-tfal
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

06/02/2012 16:28:17

Is-7 ta' Frar huwa l-Jum għal Internet aktar Sikur u kien hemm 'il fuq minn 1000 attività t-30 pajjiż Ewropew li ġew organizzati biex iħeġġu lit-tfal flimkien mal-familji u l-għalliema tagħhom, biex jiskopru d-dinja diġitali flimkien. Dan huwa d-disa' Jum annwali għal Internet aktar Sikur, li huwa ċċelebrat f'aktar minn 70 pajjiż mad-dinja kollha bħala parti mill-ispinta globali biex issir promozzjoni ta' Internet aktar sikur għat-tfal u ż-żgħażagħ.

    Il-kampanja ta' din is-sena tal-Jum għal Internet aktar Sikur iffukat fuq li tikkolega l-ġenerazzjonijiet, "Niskopru d-dinja diġitali flimkien…b'mod sikur". Dawk li għadhom żgħar fl-età iżda li għandhom għarfien kbir tat-teknoloġija jistgħu jgħallmu lill-ġenerazzjonijiet iktar avvanzati kif jużaw it-teknoloġiji l-ġodda, filwaqt li l-ġenituri u n-nanniet jistgħu jużaw l-esperjenzi ta' ħajjithom biex jagħtu pariri lill-ġenerazzjonijiet iż-żgħar dwar kif tkun sikur fuq l-internet.

     

    safer internet

    Fl-Ewropa, il-Jum għal Internet aktar Sikur huwa kkoordinat minn INSAFE, in-netwerk taċ-Ċentri għall-Internet Aktar Sikur li huwa ffinanzjat mill-Kummissjoni permezz tal Programm għal Internet aktar Sikur ta' EUR 55 miljun. L-attivitajiet ta' din is-sena jinkludu test fuq l-internet għall-ġenituri fl-Awstrija (li jittestja r-reazzjonijiet tagħhom għal sitwazzjonijiet differenti relatati mal-użu ta' wliedhom tat-teknoloġiji fuq l-internet); fi Franza logħba ġdida għal dawl li għandhom bejn 7 snin u 12-il sena li tippreżenta l-avventuri fuq l-internet ta' Vinz u Lou, kompetizzjoni ta' "l-iktar skola responsabbli " fis-Slovakkja u sondaġġi, pakketti ta' tagħrif għall-istudenti, il-ġenituri u l-għalliema, u azzjonijiet li jrawmu għarfien fil-pajjiżi kollha li ħadu sehem (ara s-sit tal-Jum għal Internet aktar Sikur għal aktar dettalji tal-attivitajiet fl-inħawi tiegħek)

    F'Malta, il-proġett BeSmartOnline! jagħmel parti mill-INSAFE u jikkoordina l-isforzi tal-partijiet interessati nazzjonali li jaħdmu bl-għan ta' użu aktar sikur tal-Internet; establishing, operating and promoting reporting facilities for internet abuse; and supporting respective victims.

    Il-proġett huwa kkoordinat mill-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta' Malta u jlaqqa' flimkien l-Agenzija Appogg, il-Kummissarju għat-Tfal, id-Direttorat għas-Servizzi tal-Edukazzjoni (DES), is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika, u l-Forzi tal-Pulizija ta' Malta.

    L-imsieħba qed jaħdmu flimkien biex irawmu għarfien u jedukaw lill-minorenni, lil min jieħu ħsiebhom u lill-edukaturi dwar l-użu aktar sikur tal-internet, filwaqt li jistabbilixxu, joperaw u jippromwovu l-faċilitajiet ta' rappurtar ta' abbuż mill-internet; kif ukoll jagħtu appoġġ lill-vittmi.

    Waqt attività li saret fid-19 ta'Novembru 2011, bħala parti mill-programm BeSmartOnline!, 35 żagħżugħ li għandhom bejn l-10 snin u s-17-il sena ngħataw l-opportunità li jsemmgħu leħinhom u jagħmlu rakkomandazzjonijiet lil dawk li jfasslu l-politika lokali dwar kif jagħmlu l-Internet esperjenza sikura u ta' pjaċir għal kulħadd.

    Sjkont l-aħħar sondaġġ tat-tfal tal-UE 77% ta' dawk li għandhom bejn it-13 u s-16-il sena u 38% ta' dawk li għandhom bejn 9 u 12-il sena fl-Ewropa li jużaw l-Internet jgħidu li għandhom profil fuq sit ta' netwerking soċjali. L-evidenza tagħti x'tifhem li kemm it-tfal kif ukoll il-kbar iduru fuq il-familja tagħhom meta jkunu jridu għajnuna fid-dinja tal-Internet. It-tfal jgħidu li huma jirċievu l-biċċa l-kbira tal-pariri ta' kif ikunu sikuri fuq l-internet mill-ġenituri (63%), imbagħad l-għalliema (58%), u mbagħad nies jiġu minnhom (47%), imbagħad tfal ta' mparhom (44%).

    INSAFE għandu 6 suġġerimenti biex jgħinu lill-għalliema u l-ġenituri biex jgħinu lit-tfal tagħhom jużaw l-internet b'mod sikur. Huwa jissuġġerixxi li l-ġenituri u l-għalliema għandhom jitkellmu dwar l-Internet u jiddedikaw il-ħin biex jesploraw flimkien mat-tfal, jużaw l-internet biex jistimulaw il-kreattività tat-tfal, jgħinu lit-tfal jifhmu li l-informazzjoni jew ir-ritratti li jtellgħu fuq l-internet jafu jibqgħu viżibbli għal kulħadd għal dejjem, jaħsbu dwar l-għodda ta' kontroll tal-ġenituri biex jiffiltraw ċerti suġġetti u jevitaw li jkollhom kompjuter fil-kamra tas-sodda tat-tfal.

     

    Useful links
    Follow Safer Internet Day 2012 on Twitter through hashtag #SID2012
    Safer Internet Day website – discover events in your area
    Safer Internet Day 2012 video Discover the digital world together: safely!
    Safer Internet Day – general video
    A Kit for Schools  
    The Digital Agenda website
    Neelie Kroes' website and Twitter

    L-aħħar aġġornament: 08/02/2012  |Fuq