Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Il-karti u l-muniti tal-ewro - 10 snin wara
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

09/01/2012 13:43:32

Fl-1 ta' Jannar 2002 daħlu l-karti u l-muniti tal-ewro fl-Unjoni Ewropea, u ġabu magħhom allineament bħal qatt qabel tal-politiki monetarji u kooperazzjoni eqreb bejn il-pajjiżi u ż-żona tal-ewro. Filwaqt li l-ewro u l-Unjoni Ekonomika u Monetarja taw bażi soda għall-progess ekonomiku, il-kriżi bankarja tal-2008 u l-konsegwenzi tagħha għaddew lis-sistema minn prova kbira. Is-suċċess tal-ewro wera li huwa dipendenti fuq finanzi pubbliċi sani u sostenibbli u politiki makroekonomiċi b'saħħithom.

    Il-karti u l-muniti tal-ewro - 10 snin wara

    Il-bażi għall-irkupru teżisti diġà mar-regoli msaħħa riċentement tal-UE dwar il-governanza u s-superviżjoni ekonomika. Qed tissaħħaħ aktar u aktar permezz tal-'Kumpatt Fiskali' li qablu dwaru l-mexxejja tal-UE fit-tfittxija tagħhom għal dixxiplina bażġitarja u koordinazzjoni u governanza tal-politika ekonomika madwar iż-żona tal-ewro kollha.

    Fil-perjodu ta' qabel il-kriżi, iż-żona tal-ewro bħala entità sħiħa gawdiet mill-istabilità makroekonomika b'inflazzjoni stabbli, rati tal-imgħax baxxi, perjodu eċċezzjonalment twil ta' tkabbir ekonomiku u suq intern aktar qawwi. It-332 miljun ruħ li jużaw l-ewro ma għadx għandhom għalfejn iħallsu spejjeż supplementari minħabba r-rati tal-kambju u hemm iktar trasparenza fit-tranżazzjonijiet transkonfinali, li jippermettu lill-konsumaturi li jqabblu l-prezzijiet bejn pajjiz taż-żona tal-ewro u ieħor.

    Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-ewro, Olli Rehn, qal, "fuq l-isfond tal-fraġilità ekonomika tal-lum, dan huwa mument opportun biex niftakru l-prinċipji fundamentali li fuqhom inbniet l-ewro u nipproduċu ritorn lejn Ewropa ta' saħħa u opportunità. Għandna l-għodda; għandna r-riżorsi umani. Issa qed nantiċipaw rieda politika, determinazzjoni qawwija u azzjoni ħafifa biex inreġġgħu t-tkabbir ekonomiku, u noħolqu aktar impjiegi u nreġġgħu l-kunfidenza fl-investituri u l-pubbliku."

    Malta adottat l-ewro fl-1 ta' Jannar, inqas minn erba' snin wara li saret Stat Membru fl-2004. L-ewro ħadet post il-Lira, il-munita nazzjonali Maltija minn mindu kienet kisbet l-indipendenza tagħha fl-1964.

    Qabel ma ngħaqdet mal-ewro, bla ebda eċċezzjoni, il-pajjiżi membri potenzjali kollha huma obbligati jaderixxu għal kriterji stretti ekonomiċi u monetarji biex iżommu dixxiplina baġitarja. Qabel ma feġġet il-kriżi bankarja fl-2008, l-Unjoni Ewropea kienet miexja tajjeb biex tikseb dawn l-għanijiet.

    L-ewro waħidha ma ġġibx stabilità u tkabbir ekonomiku. Dan, l-ewwel jinkiseb permezz ta' ġestjoni sanatal-ekonomija taż-żona tal-ewro skont ir-regoli tat-Trattat tal-UE u l-Patt ta' Stabilità u Tkabbir, fus ewlieni li fuq ddur ir-rota tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja. It-tieni, l-ewro bħala munita tal-Unjoni Ewropea hija l-mekkaniżmu ewlieni biex isaħħaħ l-benefiċċji tas-suq uniku, il-politika tal-kummerċ u l-kooperazzjoni politika.

    Il-Patt ta' Stabilità u Tkabbir għadu kemm issaħħaħ permezz ta' sett 'six pack' ta' regoli li daħlu fis-seħħ fl-UE fit-13 ta' Diċembru2011. Dawn l-istrumenti l-ġodda se jgħinu biex jiżguraw, illum aktar minn qatt qabel, li kulħadd jikkonforma mar-regoli li nqablu b'mod konġunt, u għalhekk se jgħinu b'mod sinifikanti biex jistabilizzaw l-ekonomija tal-UE u jbiegħdu kriżi oħra milli terġa' sseħħ. L-għodda jinkludu regoli fiskali u enfasi ġdida fuq it-tnaqqis ta' livelli għolja tad-dejn, appoġġjati minn mekkaniżmu kredibbli ta' sanzjonijiet, u qafas effettiv biex jipprevjeni u jindirizza żbilanċi makroekonomiċi usa'.

    Din il-kisba ewlenija saret ftit jiem biss wara l-Kunsill Ewropew tad-9 ta' Diċembru meta l-mexxejja tal-UE ħadu deċiżjonijiet kuraġġjużi biex isaħħu l-kredibilità tar-reazzjoni tagħna għall-kriżi, kemm fir-rigward tal-infurzar ulterjuri tal-governanza ekonomika fid-direzzjoni ta' kumpatt fiskali ġdid - kif ukoll it-tisħiħ tal-paraventi finanzjarji li jrażżnu l-epidemija tal-kriżi u fl-aħħar mill-aħħar jipproteġu t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi.

    Malta reaġixxiet b'mod pożittiv għall-isfida.

    Fir-reazzjoni tiegħu, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi qal li hu jqis is-samit tal-UE tad-9 ta' Diċembru bħala suċċess maġġuri għaliex fih sar qbil dwar il-miżuri mistennija mis-swieq finanzjarji biex jissalvagwardjaw lilhom infushom u joħolqu l-impjiegi.

    Il-kontenut fundamentali

    L-aħħar aġġornament: 18/01/2012  |Fuq