Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Irreġistrat progress fl-iżvilupp tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

04/01/2012 16:22:10

Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet li ssaħħa mill-ġdid is-solidarjetà fost l-Istati Membri fil-qasam tal-ażil u li tiżgura li l-protezzjoni tkun garantita għal dawk li jeħtieġu l-kenn. L-avvenimenti tar-rebbiegħa Għarbija, u l-għadd dejjem jiżdied ta' migranti li qed jaslu Malta u l-gżira Taljana tal-Lampedusa, poġġew il-kwistjoni ta' solidarjetà fil-qasam tal-ażil f'konċentrazzjoni netta fix-xhur li għaddew. Dawn l-avvenimenti enfasizzaw b'mod ulterjuri l-ħtieġa ta' Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil u ħarġu fil-beraħ nuqqas ta' fisuċja reċiproka fost l-Istati Membri.

    Fi stqarrija maħruġa fil-21 ta' Diċembru 2011, Cecilia Malmström, il-Kummissarju tal-UE għall-Intern, wara d-deċiżjoni preliminari tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar it-trasferiment ta' dawk li qed ifittxu l-ażil skont ir-Regolament ta' Dublin tal-UE qalet:

    "Id-deċiżjoni tal-lum  mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha sinifikat ewlieni għall-iżvilupp tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil: il-Qorti tiċċara r-rwol tad-drittijiet fundamentali biex jistabbilixxu r-responsabilità għall-valutazzjoni ta applikazzjoni tal-ażil.

    Fl-ewwel deċiżjoni preliminari dwar l-interpretazzjoni tal-klawżola tas-sovranità tar-Regolament ta' Dublin, il-Qorti kkonfermat li Stat Membru huwa obbligat li jeżamina applikazzjoni tal-ażil jekk it-trasferiment lejn l-Istat Membru responsabbli minfloku jesponi lill-applikant għal riskju serju ta' ksir tad-drittijiet fundamentali. Dan ma jimplikak li jinxteħet dubju sistematiku fuq il-kapaċità tal-Istati Membri li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali ta' dawk li jfittxu la-żil. Iżda, kif qalet kemm-il darba l-Kummissjoni fl-imgħoddi, l-Istati Membri ma għandhomx jinsew ir-rekwiżit li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali meta jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-UE.

    Is-sentenza tal-lum għal darb'oħra tagħti prova li l-UE għandha bżonn Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil li tkun soda u effiċjenti biex tappoġġja l-Istati Membri u tagħti garanzija ta' sistema ġusta u effettiva u tipprovdi protezzjoni internazzjonali lil min qiegħed fil-bżonn.

    Nappella lill-Istati Membri u l-Parlament Ewropew biex jilħqu kompromess fir-rigward tal-proposti ppreżentati mill-Kummissjoni biex inkunu nistgħu nilħqu deċiżjoni dwar it-tlestija tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil sal-2012, data ta' skadenza li ntrabtu magħha l-pajjiżi kollha tal-UE."

    Skont The Times, Malta rċeviet 1,632 applikazzjoni tal-ażil bejn Jannar u Ġunju u kienet fost l-ogħla tliet pajjiżi tan-nofsinhar tal-Ewropa affetwati bil-migrazzjoni mit-Tuneżija u l-Libja. Il-biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet tressqu f'April meta Malta rċeviet 1,126 talba għall-ażil.

    Fl-istess ġurnal, Darrell Pace, il-koordinatur tal-komunikazzjoni fil-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern qal li l-kundizzjonijiet tal-ħajja fiċ-ċentri ta' detenzjoni ta' Malta tjiebu b'mod sinifikanti f'dawn l-aħħar snin. Huwa qal ukoll li l-blokk Hermes f'Ħal Far ġie totalment irrinovat u tfassal mill-ġdid fi proġett li ħa sena li fil-biċċa l-kbira tiegħu kien iffinanzjat mill-Fond tal-Emerġenza tal-UE. Inbena wkoll kumpless ġdid ta' fejn jintlaqgħu n-nies, li wkoll kisn iffinanzjat mill-Fond tal-Emerġenza tal-Unjoni Ewropea f'Ta’ Kandja. Huwa żied jgħid li l-medja ta' żmien għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet tal-ażil fl-ewwel istanza llum hija bejn ħames u sitt xhur.

    Il-kontenut fundamentali

    L-aħħar aġġornament: 04/01/2012  |Fuq