Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

L-UE ddeċidiet fuq it-tnaqqis tal-kwoti tas-sajd għall-2012 - Malta mhux affetwata
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

09/08/2012 11:46:03

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret tnaqqis mill-kwoti tas-sajd tal-2012 ta' dawk l-Istati Membri li qabżu l-kwoti tagħhom fl-2011. Permezz tat-tnaqqis il-Kummissjoni tista' tindirizza minnufih il-ħsara li tkun saret lill-istoks li jkunu stadu għalihom iżżejjed is-sena ta' qabel u tiżgura użu sostenibbli mill-Istati Membri kollha ta' riżorsa komuni tas-sajd. Din is-sena, għall-ewwel darba, it-tnaqqis żdied b' 50% għal dawk l-istati Membri li repetittivament (fl-2009, l-2010 u l-2011) stadew iżżejjed għall-istess stokk.

    Malta, li għandha industrija tas-sajd tat-tonn qawwija ħafna, ma ġietx affetwata b'dan it-tnaqqis fil-kwoti. Madankollu d-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, Spanja, il-Portugall, l-Olanda u r-Renju Unit, fost oħrajn intlaqti minn tnaqqis f'bosta speċi tal-ħut.

    Maria Damanaki, il-Kummissarju għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd qalet "Ħadd ma għandu jkollu illużjonijiet li s-sajd żejjed se jkun ittollerat. Ir-regoli li jeżistu għandhom japplikaw għal kulħadd f'mod sistematiku u professjonali. Fil-fatt biħsiebni nuża t-tnaqqis biex ngħin ħalli jinkiseb l-għan ewlieni tal-Politika Komuni tas-Sajd: is-sostenibilità fit-tul tas-sajt tal-Ewropa."

    It-tnaqqis jitħaddem abbażi tal-linji gwida pubbliċi u applikabbli għal kulħadd, fuq l-istess stoks li stadu għalihom iżżejjed, li huwa l-iskop tar-Regolament tal-lum. Madankollu, jekk Stat Membru ma għandu l-ebda kwota disponibbli għall-istoks li stadu għalihom iżżejjed, l-ammonti jistgħu jitnaqqsu mill-kwoti disponibbli għall-istoks l-oħra fl-istess żona ġeografika, filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni l-ħtieġa li jiġi evitat ir-rimi (li l-ħut ta' valur jintrema lura l-baħar) fis-sajd imħallat. Il-Kummissjoni se tippreżenta ir-regolazzjoni għat-tnaqqis minn stokkijiet oħra aktar tard din is-sena, wara li tikkonsulta l-Istati Membri kkonċernati.

    L-aħħar aġġornament: 09/08/2012  |Fuq