Ir-rappreżentanza f'Malta
Aħbarijiet
Eurobarometer Spring 2017
02/08/2017

Sena wara li sar ir-referendum fir-Renju Unit, kulma jmur il-maġġoranza tan-nies fl-UE huma ottimisti dwar il-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea. Kważi l-maġġoranza tal-Ewropej issa huma ottimisti wkoll dwar il-qagħda tal-ekonomija nazzjonali tagħhom. Il-fiduċja fl-Unjoni Ewropea qed tikber u laħqet l-ogħla livell mill-2010 'l hawn, filwaqt li l-appoġġ għall-ewro laħaq l-ogħla livell mill-2014 ‘il hawn.

EU school fruit, vegetables and milk scheme
02/08/2017

L-iskema l-ġdida tal-UE dwar frott, ħxejjex u ħalib għall-iskejjel se tkun fis-seħħ fl-1 ta' Awwissu, lesta biex tiġi implimentata fl-Unjoni kollha sa mill-ewwel jum tas-sena skolastika 2017/2018. L-għan tal-iskema huwa li tippromwovi drawwiet tal-ikel tajbin għas-saħħa fost it-tfal, u se tinkludi d-distribuzzjoni ta' frott, ħxejjex u prodotti tal-ħalib kif ukoll programmi edukattivi speċifiċi biex jgħallmu lill-istudenti dwar l-importanza ta' nutrizzjoni tajba u biex jispjegaw kif jiġi prodott l-ikel.