|
It-23 miljun negozju żgħir u ta’ daqs medju (SMEs) ta’ l-UE huma responsabbli minn 75 miljun impjieg u 99% ta’ l-intrapriżi kollha. Abbażi tal-prinċipju tagħha ta’ “aħseb fiċ-ċokon l-ewwel ”, l-UE tfassal regola ta’ għajnuna statali biex tqis il-ħtiġijiet ta’ l-SMEs. Tippromwovi wkoll il-parteċipazzjoni ta’ l-SMEs fil-proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni, it-tnaqqis tal-burokrazija għall-intrapriżi żgħar u skemi ta’ ffinanzjar immirati lejn l-SMEs. B’kollox, se jkunu disponibbli €3 biljun fiċ-ċiklu ta’ ffinanzjar 2007-2013 ta’ l-UE għal programmi bħal dawn. F’dan il-qasam, Malta hija tipikament pajjiż ta’ l-UE. Il-parti l-kbira tan-negozji tagħna huma żgħar fin-natura tagħhom u faċilment jiġu affettwati minn politiki li jżidu l-burokrazija. (links għall-ministeru tal-kompetittività u s-segretarju/a parlamentari)
www.mcmp.gov.mt
|