Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Kronoloġija
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

1970


5 ta’ Diċembru

L-iffirmar tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Malta-KEE.

1978-1993


Tliet Protokolli Finanzjarji ffirmati ma’ Malta

1990   


16 ta’ Lulju
Malta tippreżenta l-applikazzjoni formali tagħha biex tissieħeb ma’ l-Unjoni Ewropea.

1991


29 ta’ Novembru

Il-ftuħ uffiċjali tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta

1993


Ġunju

Il-Kummissjoni Ewropea twassal l-opinjoni tagħha dwar l-applikazzjoni għas-sħubija ta’ Malta

1995


Iffirmat ma’ Malta r-4 Protokoll Finanzjarju

Lulju

Il-Parlament Ewropew jadotta Riżoluzzjoni favur l-adeżjoni ta’ Malta

Novembru

Malta flimkien ma’ 11-il-pajjiż ieħor mill-Mediterran u 15-il Stat Membru jadottaw id-Dikjarazzjoni ta’ Barċellona dwar il-Partenarjat Ewro-Mediterranju

1996


Ottubru

Elezzjoni ġenerali f’Malta.Il-Gvern il-ġdid Laburista jiffriża l-applikazzjoni għas-sħubija ta’ Malta fl-UE

1998


5 ta’ Frar

Il-Kunsill tal-Ministri jadotta l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-relazzjonijiet futuri ma’ Malta, ibbażati fuq il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni eżistenti

April 28

Dikjarazzjoni konġunta dwar il-futur tar-relazzjonijiet bejn Malta u l-UE ffirmata mill-Assoċjazzjoni Malta-UE

Settembru

Elezzjonijiet Ġenerali f’Malta. Il-Gvern ġdid Nazzjonalista jattiva mill-ġdid l-applikazzjoni għas-sħubija ta’ Malta fl-UE

Novembru

Il-Parlament Ewropew jadotta Riżoluzzjoni favur l-attivazzjoni mill-ġdid ta’ l-applikazzjoni ta’ Malta għas-sħubija fl-UE

1999


Frar

Il-Kummissjoni Ewropea taġġorna l-opinjoni tagħha ta’ l-1993 dwar l-applikazzjoni għas-sħubija ta’ Malta fl-UE

Marzu

Il-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali jiddeċiedi li l-istudju dwar jekk Malta kellhiex il-ħtiġijiet neċessarji biex tissieħeb kellu jibda malajr kemm jista’ jkun u li titħejja strateġija speċifika għal qabel l-adeżjoni ta’ Malta

Mejju

Jibda l-istudju bilateral dwar il-ħtiġijiet neċessarji għas-sħubija

Ottubru

Il-Kummissjoni Ewropea tippreżenta r-rapport regolari tagħha li fih irrakkomandat il-ftuħ tan- negozjati ma’ Malta

Il-Kummissjoni tadotta abbozz ta’ riżoluzzjoni biex jiġu ffinanzjati l-fondi ta’ qabel l-adeżjoni għal Malta. Jingħataw €38 miljun biex jiġu ffinanzjati d-diversi proġetti għas-snin 2000 - 2004

Diċembru

Is-Summit Ewropew f’Helsinki jiddeċiedi li jinbdew in-negozjati ma’ Malta flimkien ma’ ħames pajjiż kandidati oħra

2000


15 ta’ Frar

Illanċjar uffiċjali tan-negozjati

Mejju 25

Malta tiftaħ l-ewwel kapitli tagħha fin-negozjati.

2001


Ottubru

Il-Kummissjoni Ewropea tippreżenta r-Rapport Regolari annwali tagħha dwar il-progress ta’ Malta lejn is-sħubija

Diċembru

Żewġ ftehimiet ġodda ffirmati bejn il-Komunità Ewropea u Malta :protokoll addizzjonali dwar l-industrija tas-sajd u Ftehim ta’ Qafas dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi Komunitarji

2002


Frar

Illanċjar tal-Konvenzjoni dwar il-Futur ta’ l-Unjoni Ewropea fi Brussell

Ottubru

Pubblikazzjoni tar-Rapport Regolari dwar il-progress ta’ Malta lejn l-Adeżjoni.

12 ta’ Diċembru

Is-Summit ta’ Copenhagen - konklużi n-Negozjati ma’ Malta.

2003


Marzu 8

Malta hi l-ewwel pajjiż li kien qed ifittex adeżjoni li jorganizza referendum dwar l-adeżjoni fl-UE. 91% tal-votanti eliġibbli tefgħu l-vot tagħhom, 53.6% vvotaw ‘Iva’, 46.4% vvotaw ‘Le’.

April 12

Elezzjoni Ġenerali: tikkonferma lill-Partit Nazzjonalista fil-gvern u r-riżultat tar-referendum dwar l-UE.

April 16

Malta tiffirma t-Trattat ta’ Adeżjoni f’Ateni

Mejju

Malta tinnomina ħames MP bħala osservaturi fil-Parlament Ewropew.

Lulju

Malta tirratifika t-Trattat ta’ Adeżjoni ta’ l-UE.

5 ta’ Novembru

Il-Kummissjoni Ewropea tippubblika r-Rapport ta’ Monitoraġġ Komprensiv tagħha dwar Malta

2004


Jannar

Il-Gvern jipproponi lil Joe Borg, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, bħala l-persuna nominata għall–kariga ta’ Kummissarju ta’ l-UE.

Mejju

Wara s-smigħ tal-PE u l-approvazzjoni tal-Kummissjoni l-ġdida, Dr. Joe Borg beda xogħlu bħala Kummissarju ta’ l-UE ppareġġjat mal-Kummissarju Poul Nielson responsabbli għall-Iżvilupp u l-Għajnuna Umanitarja

Ġunju

Elezzjonijiet tal-PE – L-elettorat Malti nnomina l-ħames rappreżentanti tiegħu għall-Parlament Ewropew permezz ta’ elezzjonijiet, li saru flimkien ma’ l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali għal 22 lokalità, li kienu karatterizzati b’parteċipazzjoni qawwija (82%). Tliet Membri Parlamentari Ewropej kienu eletti mill-MLP u tnejn mill-PN. L-Alternattiva Demokratika akkwistat 10% tal-voti iżda ma rnexxilhiex takkwista siġġu fil-PE.

Membri Parlamentari Ewropej eletti

Partit Nazzjonalista:Busuttil, Simon;Casa, David.

Malta Labour Party:Attard Montalto, John;Grech, Louis;Muscat, Joseph.

Summit Ewropew – l-għanijiet prinċipali ta’ Malta ntlaħqu wara l-adozzjoni tal-Kostituzzjoni l-ġdida ta’ l-UE:Malta akkwistat is-sitt siġġu tagħha fil-Parlament Ewropew; il-Kostituzzjoni tirriferi issa għal stati gżejjer ‘fit-totalità tagħhom’. Punt ieħor importanti għal Malta hu li, minbarra l-possibbiltà li tuża l-veto dwar kwistjonijiet relatati mat-tassazzjoni, id-difiża u l-politika soċjali kif  inhuma attwalment, erba’ Stati Membri li joġġezzjonaw huma biżżejjed biex jibblokkaw deċiżjonijiet fil-Kunsill. Il-Prim Ministru Gonzi laqa’ bil-ferħ il-ftehim dwar il-Kostituzzjoni l-ġdida iżda wera d-dispjaċir tiegħu dwar il-fatt li ma kien hemm ebda referenza għal wirt Kristjan fil-Preambolu tal-Kostituzzjoni għalkemm hemm referenza għar-reliġjon fl-Artikolu 51.

Lulju

Il-Gvern Malti għarraf lill-Kunsill ta’ l-UE dwar l-intenzjoni tiegħu li jsir membru ta’ l-Aġenzija għad-Difiża Ewropea.

Awissu
Portafoll ġdid għall-Kummissarju Malti Joe Borg:Industrija tas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi.

2008

1 ta' Jannar 2008

Mata tintroduċi l-Munita Ewro

L-aħħar aġġornament: 30/10/2010  |Fuq