|
'Il-Vuċi Tiegħek Fl-Ewropa' huwa l-'punt ta’ aċċess uniku' tal-Kummissjoni Ewropea għall-varjetà wiesgħa ta’ konsultazzjonijiet, diskussjonijiet u għodod oħra li permezz tagħhom ikun jista’ jkollok rwol attiv fil-proċess ta’ kif jittieħdu d-deċiżjonijiet fl-Ewropa:
Konsultazzjonijiet: tixtieq tagħtina l-opinjoni tiegħek dwar il-politiki ta’ l-UE u tinfluwenza d-direzzjoni tagħhom? Agħti sehmek biex titfassal il-politika Ewropea billi tirrispondi għal konsultazzjoni f'wieħed mill-ħafna oqsma ta' attività.
Diskussjonijiet: trid tiddiskuti l-kwistjonijiet ewlenin tal-ġurnata u tiċċettja on-line mal-mexxejja ta’ l-UE? Semma’ leħnek fid-diskussjonijiet dwar l-Unjoni Ewropea u l-ġejjieni tagħha.
L-esperjenza tiegħek: tixtieq li ngħinuk issolvi problemi li sibt fl-UE u tgħinna – b’mod anonimu – nagħmlu monitoraġġ ta’ kif il-politiki ta’ l-UE jaħdmu fil-prattika?
Links Utli: skopri metodi oħra li permezz tagħhom tista' ssemma’ leħnek fl-Ewropa.
Tixtieq li ninfurmawk dwar il-konsultazzjoni u d-diskussjonijiet li ser isiru? 'Il-Vuċi Tiegħek'
|