Mogħdija tan-navigazzjoni

Kooperazzjoni mal-gvernijiet tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea għandha grupp ta' esperti dwar it-tagħlim bikri tal-lingwi qabel l-iskola primarja li:

  • jaqsam informazzjoni dwar is-sitwazzjoni f'pajjiżi differenti, u eżempji tal-aħjar prattika
  • Ifassal rakkomandazzjonijiet ta' politika u linji gwida dwar l-implimentazzjoni tal-politika tat-tagħlim bikri tal-lingwi.

Kwistjonijiet diskussi mill-grupp

  • kif il-politiki dwar it-tagħlim bikri tal-lingwi l-aħjar jitfasslu u jiġu implimentati
  • il-proċessi ta' kif jiġu mgħallma: pereżempju attivitajiet li jqajmu interess biex iżidu l-kurżità tat-tfal; immersjoni totali fil-lingwa mira
  • il-kapaċitajiet tal-għalliema: mill-kapaċitajiet pedagoġiċi għal-livell tal-għarfien tal-lingwa
  • kif tidirizza l-isfond differenti tat-tfal: pereżempju tivvalorizza l-potezjal lingwistiku tat-tfal minn sfond minoritarju jew migranti:
  • ir-rwol tal-ġenituri: tinvolvihom fl-attivitajiet tat-tagħlim tal-lingwi speċjalment meta l-lingwa mira tkun il-lingwa tagħhom.

Ir-riżultati tal-ħidma u d-diskussjonijiet tal-grupp se jkunu ppubblikati f'Manwal tal-Politika pdf - 169 KB [169 KB] Deutsch (de) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) f'2011.

Koordinazzjoni volontarja tal-politika mill-gvernijiet

Il-grupp ta' ħidma nħoloq bħala parti mill-"metodu miftuħ ta' koordinazzjoni".

Dan il-metodu jippermetti li l-Kummissjoni taħdem flimkien mal-gvernijiet tal-UE f'oqsma li huma taħt kontroll nazzjonali, bħall-impjiegi, il-benessri, l-inklużjoni soċjali, l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ u t-taħriġ. Dan hu bbażat fuq:

  • għanijiet identifikati flimkien (adottati mill-Kunsill tal-UE)
  • jkriterji miftiehma flimkien (statistika, indikaturi, linjigwida)
  • valutazzjoni komparattiva, jiġifieri it-tqabbil tar-rendiment fil-pajjiżi differenti tal-UE u l-qsim tal-aħjar prattika (sorveljat mill-Kummissjoni).